Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 29 ta’ Awwissu 2025
Il-ġimgħa tal-Festa tkun mimlija mumenti sbieħ, u fosthom ma jistax jonqos il-BBQ tradizzjonali tagħna li kull sena jiġbor il-komunità flimkien f’atmosfera ferrieħa u familjari. Nhar il-Ġimgħa, 29 t’Awwissu 2025 fil-Pjazza tan-Naxxar mit-8:00pm 'il quddiem. Din is-sena din l-attivita' ser tkun animata mill-grupp mużikali KANTERA, li żgur ser joħloq atmosfera ta’ briju u divertiment tul il-lejla kollha.
Menu Għall-Adulti (€22):
🍴 Appetizer – Platter Malti
🍝 L-Ewwel Platt – Pasta Salad
🥩 Platt Ewlieni –
-
Marinated Ribeye jew Chicken Breast
-
Pork & Beef Sausage
-
Maltese Sausage
-
Mixed Salad, Coleslaw u Potato Salad
🍨 Deżerta – Ġelat Tradizzjonali
Menu Għat-Tfal (€8):
🍔 Beef Burger jew Chicken Nuggets & Patata
👥 OFFERTA SPEĊJALI: Iġbor mejda ta’ 10 adulti u ħallas biss għal 9! Opportunità perfetta biex tiġbru l-ħbieb jew il-familja għal lejla memorabbli taħt is-sema miftuħ.
🎟 Bookings diġà miftuħa minn OTTO Clubhouse jew permezz ta’ 📱 79266106. Nirrakkomandaw tibbukkjaw minn kmieni minħabba l-interess dejjem jikber f’din l-attività!
Ejja nagħmlu din lejla oħra mill-isbaħ, b’ikel delizzjuż, mużika tajba u fuq kollox l-ispirtu Żagħżugħ li jgħaqqadna lkoll! 💙
#BBQFesta2025 #DejjemŻagħżugħa #FestaMarijaBambina #Naxxar #KulturaUKomunità
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 4 ta’ Awwissu 2025