Attivitajiet li jmiss

[1-3] minn 3 artikli

L-aħħar Tislima lill Raymond Chetcuti - 17 t'Awwissu

Nhar it-Tnejn, 17 t’Awwissu 2026, se niċċelebraw il-ħajja tal-għażiż tagħna Raymond Chetcuti b’Quddiesa f’ġieħu fid-8:45 a.m. fil-Knisja Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, in-Naxxar. Ejjew ilkoll ngħaqdu flimkien biex insellmu lil dan il-ġentlom. Agħtih, O Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem.

 

BBQ Tal-Festa - 28 t'Awwissu

Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa, il-Kummissjoni Żgħażagħ tas-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar qed torganizza l-BBQ tal-Festa 2026, attività li tgħaqqad ikel mill-aqwa, mużika live u atmosfera festiva fil-qalba tan-Naxxar. L-attività se ssir il-Ġimgħa, 28 ta’ Awwissu 2026, mit-8:00pm ’il quddiem, fi Pjazza Vittorja, in-Naxxar, fejn il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi minn serata rilassanti u mimlija divertiment flimkien mal-familja u l-ħbieb.

BambinaFest mit-Tfal għat-Tfal - 2 ta' Settembru

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tas-Soċjetà Mużikali Peace Naxxar qed tistieden lit-tfal u lill-familji kollha għal edizzjoni oħra tal-BambinaFest, attività speċjali mtella’ apposta għaż-żgħar bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa. har l-Erbgħa, 2 ta’ Settembru 2026, minn 5:30pm ’il quddiem, Triq l-Imran, Naxxar (ħdejn Pizza Planet, fil-pjazza tan-Naxxar) se tinbidel f’post mimli ferħ, logħob u divertiment fejn it-tfal jistgħu jqattgħu waranofsinhar memorabbli flimkien mal-familja u l-ħbieb.

[1-3] minn 3 artikli
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify