Matul dawn l-aħħar ġimgħat, fuq parti mill-bejt tal-Każin tagħna, kien għaddej xogħol ta’ kostruzzjoni importanti sabiex tinbena kamra ġdida li ser isservi bħala maħżen għall-armar tal-festa.
Din l-inizjattiva kienet meħtieġa ħafna biex jitkabbru u jitjieb il-faċilitajiet tagħna relatati mal-Festa. Grazzi għad-dedikazzjoni u l-impenn tal-voluntiera u l-kuntratturi involuti, ix-xogħol issa wasal fi tmiemu, u fil-jiem li ġejjin ser tkun qed titlesta sal-aħħar dettall sabiex tkun tista’ tintuża eżattament fil-jiem tal-festa.
Din il-kamra mhux biss ser tgħin fl-organizzazzjoni aħjar tal-armar, imma hija wkoll investiment fit-tul għall-Każin u l-komunità tagħna, biex nilqgħu bl-aħjar mod possibbli l-festi li tant inħobbu u nistennew bil-ħerqa kull sena.
Inħeġġu lil kulħadd jibqa’ jsegwi l-attivitajiet u l-aġġornamenti tagħna hekk kif nkomplu naħdmu flimkien għall-ġid tas-Soċjetà u l-festa ta’ Marija Bambina.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 4 ta’ Awwissu 2025