Attivitajiet li jmiss

Kunċert ta’ Marċi Funebri tal-Erbgħa tat-Tniebri - 1 ta' April

Illum, l-Erbgħa tat-Tniebri, il-lokalità tan-Naxxar se tilqa’ attività speċjali li tħejji lill-komunità għall-ġranet solenni tal-Ġimgħa l-Kbira. Il-𝑩𝒂𝒏𝒅𝒂 𝑷𝒆𝒂𝒄𝒆 se ttella’ Kunċert Ġenerali ta’ Marċi Funebri, b’repertorju magħżul apposta għal dan iż-żmien, li joffri mument ta’ riflessjoni u serenità. Dan il-kunċert mhux biss huwa parti mill-preparamenti għall-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira, iżda wkoll opportunità sabiħa biex il-pubbliku japprezza l-wirt mużikali u kulturali tagħna f’atmosfera unika u spiritwali.

Purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira - 3 ta' April

Nhar Ġimgħa l-Kbira 3 ta' April, ġurnata memorabbli fil-kalendarju mużikali tas-Soċjetà, il-Banda Peace, bħalma tagħmel kull sena, se tagħti s-sehem tagħha fil-purċissjoni b’daqq ta’ marċi funebri mill-isbaħ, fosthom marċi funebri ġodda, uniċi u esklussivi, quddiem il-vara l-kbira. Il-banda tibda ddoqq mill-pjazza għal ħabta tas-6:15pm.

Purċissjoni ta' Kristu Rxoxt - 5 ta' April

Nhar il-Ħadd 5 ta’ April, il-Banda Peace, bi pjaċir u unur kbir bħalma tagħmel kull sena, se takkumpanja l-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt fit-toroq tan-Naxxar. Matul il-purċissjoni, il-banda se tesegwixxi għadd ta’ marċi brijużi, klassiċi kif ukoll valzi, li jżidu mal-atmosfera ferriħija ta’ din il-festa. Il-purċissjoni tibda fl-10:00am bil-ħruġ tal-istatwa tal-Irxoxt, bis-sehem tal-banda.

The Grand Easter Lunch - 5 ta' April

The Grand Easter Lunch se ssir il-Ħadd, 5 ta’ April 2026, fis-1:00pm, fis-Sala Marija Bambina, Palazzo Vittoria, Naxxar. Dawk interessati jattendu jistgħu jagħmlu l-booking tagħhom minn OTTO Clubhouse, permezz ta’ Messenger, billi jċemplu fuq 79266106 jew billi jikkuntattjaw lil wieħed mill-membri tal-Kumitat.

Nar tal-Art Mekkanizzat - 18 ta' April

Il-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar (A.D. 2012) tħabbar li se tkun qed tipparteċipa fil-kompetizzjoni tal-Malta International Fireworks Festival, fil-kategorija tan-nar tal-art mekkanizzat għall-edizzjoni tal-2026. L-għaqda tawgura kull suċċess lill-pirotekniċi tagħha, li se jkunu qed jirrappreżentaw lin-Naxxar f’dan l-avveniment prestiġjuż. L-attività se ssir nhar is-Sibt, 18 ta’ April 2026, fi Pjazza San Publiju (fuq il-Fosos), il-Floriana.

 

...aktar Attivitajiet
VisitMalta
Browns - Sponsorship
Appliance Hub
Neriku Catering
Alberta
Tital International Ltd
OTTO Clubhouse - Sponsorship

Kont taf li ...

Kont Taf xi tfisser 'L-Erbgħa tat-Tniebri'?

L-Erbgħa Mqaddes, fil-qalba tal-Ġimgħa Mqaddsa, jirrappreżenta wieħed mill-aktar mumenti intensi u mimlijin tifsira fit-tradizzjoni Nisranija. Magħruf ukoll bħala “L-𝐄𝐑𝐁𝐆𝐇𝐀 𝐓𝐀𝐓-𝐓𝐍𝐈𝐄𝐁𝐑𝐈” jew “L-Erbgħa tal-Ispiji”, peress li jfakkar fit-tradiment ta’ Ġuda li ftiehem mas-Sinedriju biex iwassal lil Ġesù bi tletin biċċa fidda.

Il-Konfraternità tad-Duluri tan-Naxxar twaqqfet 275 sena ilu

Kont taf li l-Konfraternità tad-Duluri tan-Naxxar twaqqfet 275 sena ilu, lura fl-1751, u matul iż-żmien saret parti importanti mill-ħajja reliġjuża u kulturali tan-Naxxar. Din il-fratellanza tradizzjonali kienet marbuta mill-qrib mal-parroċċa, b’devozzjoni speċjali lejn il-Madonna tad-Duluri, u twaqqfet bil-għan li tippromwovi l-qima lejn Marija Addolorata.

Din is-sena infakkru il-35 sena anniversarju tas-Surmast Lino Pirotta

Din is-sena qed infakkru l-35 sena anniversarju minn mindu s-Surmast Lino Pirotta ilu jmexxi d-direzzjoni tal-Banda Peace, sa mill-1991. Imwieled in-Naxxar, Lino Pirotta beda l-istudji mużikali tiegħu fi ħdan il-Peace Band Club, fejn beda jdoqq u kompla jitħarreġ taħt il-gwida ta’ mużiċisti lokali rinomati. Huwa kiseb diversi unuri u diplomi mużikali, fosthom liċenzja fit-tagħlim tal-klarinett u fit-teorija mużikali, u huwa gradwat mil-London College of Music. Matul is-snin, ħa sehem f’diversi lezzjonijiet maġistrali fl-Ingilterra.

Bħal-lum 51 sena ilu, proprju nhar it-𝟏𝟑 𝙩𝙖' 𝘿𝙞ċ𝙚𝙢𝙗𝙧𝙪 𝙩𝙖𝙡-𝟏𝟗𝟕𝟒, pajjiżna ġie prokl

Illum infakkru l-51 anniversarju minn wieħed mill-aktar mumenti sinifikanti fl-istorja ta’ pajjiżna. Fit-13 ta’ Diċembru 1974, Malta ġiet uffiċjalment proklamata Repubblika, pass storiku li saħħaħ is-sovranità u l-identità demokratika tal-poplu Malti. F’din l-okkażjoni, Sir Anthony Mamo nħatar bħala l-ewwel President ta’ Malta, u b’hekk sar l-ewwel Kap tal-Istat tar-Repubblika Maltija.

Nhar 15 ta' Lulju 2025, jaħbat is-74 Sena mill-Konsagrazzjoni tal-Qalb ta’ Ġesù u dik ta’ Marija

Illum jaħbat is-74 sena minn meta Palazzo Vittoria – Naxxar, sede tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar, ġie kkonsagrat lill-Qalb ta’ Ġesù u dik ta’ Marija. Dan seħħ fil-15 ta’ Lulju 1951, meta saru festi kbar tal-okkażjoni li kienu mmexxija mill-Arċisqof Mikiel Gonzi.

...Aqra' aktar artikli

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify