Una Notte Italiana - 23 ta' Novembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 23 ta’ Novembru 2024

Nhar is-Sibt, 23 ta' Novembru, l-Banda Peace taħt id-direzzjoni tas-surmast Naxxari Lino Pirotta, ser ittellgħa l-Kunċert Annwali ġewwa t-teatru tal-Kulleġġ ta' San Alwiġi ġewwa Birkirkara bl-isem 'Una Notte Italiana'.

Il-Banda Peace tan-Naxxar, se tkun qed toffri spettaklu mill-aqwa ta’ mużika Taljana, b’siltiet minn opri grandjużi, tarantelli popolari, mużika minn films klassiċi, u uħud mill-aqwa suċċessi mużikali eterni. Mal-Banda Peace din is-sena ser jieħdu sehem is-sopran Claire Caruana u t-tenur Georg Zammit, kif ukoll iż-żeffiena ta’ A-Line Dance Academy by Alana Bondin.

Fost il-mużika li se tindaqq hemm siltiet bħal Marċ Trijonfali mill-‘Aida’, u l-Brindisi tat-‘Traviata’ ta’ Verdi, kif ukoll in-‘Nessun Dorma’ ta’ Puccini, mużika mmortali. Il-kunċert se jkun qed jieħu xejra differenti fit-tieni parti b’mużika mill-films fosthom ‘La Strada’ u ‘La Vita e Bella’, mużika ta’ Ennio Morricone, Andrea Bocelli, Ricchi e Poveri, Umberto Tozzi u ħafna oħrajn fost sorpriżi waqt is-serata.

Biljetti minn hawn:

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 7 ta’ Novembru 2024


1 
Patricia mifsud - Hamrun
14 Novembru 2024 09:58 PM
Tajjeb

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Ġunju 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    25262728293031
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    293012345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify