B'sogħba kbira nħabbru t-telfa ta' ħuna Ramond Muscat magħruf fostna Ramond in-Naw, li għadda għal ħajja ta' dejjem nhar it-8 ta' Diċembru 2023.

Illum tlifna voluntier kbir b'qalb kbira fil-qasam tal-piroteknika li ħabb u ħadem minn qalbu tul dawn l-aħħar snin. Aħna nirringrazzjawk ta' Kollox Ray, il-ħidma u l-karattru speċjali tiegħek m'hu se jintesew qatt speċjalment fil-jiem tal-festa. Meta' kulħadd kien ikun stressat, inti dejjem kont tqawwi qalb kulħadd li se naslu u fis-silenzju wettaqt ħidma kollettiva flimkien ma' sħabek.

Tilqgħek fi ħdana, Marija Bambina li fiha dejjem ttamajt fid-djughfijiet tiegħek, li għaliha dejjem ħdimt u tħaddnek magħha fl-eternita'.

Kondoljanzi lill-familja kollha speċjalment lill-martu w uliedu minn sħabu dilettanti tan-Nar fi ħdan l-Għaqda tan-Nar Marija Bambina u l-partitarji kollha tas-Soċjeta' Mużikali Peace Naxxar.
 

Avviż: L-aħħar tislima lill-ħuna Ramond Muscat se tingħata nhar it-Tnejn 11 ta' Diċembru fit-3.30pm b'quddiesa fil-kolleġġjata ta' Marija Bambina n-Naxxar.

Il-Familja u sħabu japrezzaw l-attendenza tagħkom.

 

Qatt minsi minn din is-Soċjeta'....

Grazzi ta' kollox Ray.


✝️ Agħtih oh Mulej il-mistrieħ ta' dejjem ✝️

Jistrieħ fil-Paċi 🕊💙🕊

 

Via Dolorosa - Mro.Ray Sciberras