Gear tal-Festa 2025 - Ordinijiet miftuħa

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Din is-sena qed niċċelebraw tappa importanti ħafna fil-ħidma ta’ waħda mill-aktar strutturi attivi u ħabrieka fis-Soċjetà tagħna - it-30 anniversarju tal-Kummissjoni Żgħażagħ! Għal din l-okkażjoni speċjali, qed tiġi mniedija edizzjoni limitata ta’ memorabilia bħala tifkira ta’ dawn it-30 sena ta’ impenn, ħidma, u ħbiberija.

Qed jintlaqgħu ordnijiet għall-flokk speċjali ta’ dan l-anniversarju għal donazzjoni ta’ €25, u tista’ tara l-qisien u sample ġewwa OTTO Clubhouse qabel tiddeċiedi x’tixtieq tordna.

Ordnijiet jintlaqgħu sal-10 t’Awwissu – għalhekk ħaffu sabiex tiżguraw il-flokk tagħkom u ssiru parti minn din l-okkażjoni unika li tfakkar snin twal ta’ attivitajiet, servizz, u mħabba lejn is-Soċjetà u lil xulxin.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ kienet u tibqa’ il-qalba vibranti tal-ħidma tagħna – mill-organizzazzjoni tal-festa, attivitajiet soċjali u xogħol volontarju li jgħaqqad il-ġenerazzjonijiet kollha flimkien.

💙 Dejjem Żagħżugħa – għax iż-żgħażagħ tagħna huma l-preżent u l-futur tas-Soċjetà tagħna.
#30SenaŻgħażagħ #EdizzjoniSpeċjali #OTTOClubhouse #KummissjoniŻgħażagħ #DejjemŻagħżugħa #Naxxar

Żagħżugħa Jien ft. Nicole Frendo

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 4 ta’ Awwissu 2025


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • Awwissu 2025
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    272829303112
    3456789
    10111213141516
    17181920212223
    24252627282930
    31123456

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.