Aħbarijiet riċenti

[371-375] minn 496 artikli
<
>

Programm tal-Attivitajiet mill-Banda PEACE fl-okkażjoni tal-festa ta' Marija Bambina - 2015

Programm tal-Attivitajiet mill-Banda PEACE fl-okkazjoni tal-festa ta' Marija Bambina - 2015 

Il-Ħames Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Ninsabu xahar il-boghod mill-Festa tant ghaziza ghan-Naxxarin, il-Festa ta' Marija Bambina. Bhala Socjeta' ninsabu ferm onorati li ta' kull sena bhala Banda nkunu mistiednin sabiex naghtu s-sehem kollu taghna f'din il-Festa tant mportanti ghas-Socjeta' taghna. Il-Banda Peace bhala l-ewwel banda fir-rahal ghaziz taghna n-Naxxar, taghti s-sehem taghha fil-Hrug minn-Nicca tal-vara fit-28 ta' Awwissu, kif ukoll hija l-unika banda fir-rahal taghna li taghti s-sehem taghha waqt il-purcissjoni ta' Marija Bambina. 

Xahar il-bogħod mill-PROGRAMM MUŻIKALI - 7 ta' Settembru

Ninsabu xahar il-boghod mill-Programm Muzikali ferm mistenni minn kullhadd li jsir mill-Banda Peace fuq il-plancier majestuz tas-Socjeta' taghna. Dan huwa l-unika plancier fin-Naxxar u jintrama propju  fil-pjazza quddiem il-kazin. Il-Programm Muzikali taht id-Direzzjoni tas-surmast Naxxari, Mro. Lino Pirotta ser jittella' nhar it-Tnejn 7 ta' Settembru fl-10:00pm.

Xahar il-bogħod mill-PROGRAMM MUŻIKALI POP - 6 ta' Settembru

Ninsabu biss xahar il-boghod mill-Programm Muzikali Pop organizzat mill-PEACE BRASS ENSEMBLE li ser isir nhar il-Hadd 6 ta' Settembru fid-9:30pm fil-pjazza quddiem il-kazin. Din is-sena ghal l-ewwel darba dan il-Programm ser jitmexxa taht id-direzzjoni ta' Mro. Joseph Chircop...

Xahar il-bogħod mill-5 ta' Settembru

Ninsabu xahar il-boghod mill-marc popolari taghna, il-marc tat-tieni jum tat-Tridu fejn sena wara ohra dejjem qieghed johloq atmosfera' sabiha b'modd specjali fil-pjazza. Dan il-marc jibda propju minn quddiem il-kappella ta' San Gakbu u jibqa niezel lejn il-pjazza fejn umbat idur mat-toroq principali tan-Naxxar u jispicca fil-pjazza bil-brijju sabih li jafu jaghmlu l-partitarji tas-Socjeta'. F'dan il-marc dejjem jispikka l-element zghazugh tas-Socjeta'. Din is-sena propju fl-2015 qieghdin niccelebraw l-20 sena mit-twaqqif tal-Kummissjoni Zghazagh....

 

Ir-Raba' Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Illum is-Sibt 1 t' Awwissu huwa propju r-raba' Sibt tal-Bambina, u llum nixtiequ nfakkru l-450 sena anniversarju mit-tmiem tal-Assedju l-Kbir. Fuq il-poster ta' din il-gimgha hemm ftit mill-punti ewlenin li jikkoncernaw il-Festa tal-Vitorja u l-istorja kbira u sabiha tal-Banda taghna. Fl-1885, propju 130 sena ilu, l-Banda Melita (illum il-Banda Peace), daqqet gewwa l-Belt Valletta fl-ewwel tifkira tal-Assedju l-Kbir ...

[371-375] minn 496 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify