Nhar il-Ħadd, 5 ta’ April, il-Banda Peace, b’pjaċir u unur kbir kif tagħmel kull sena, akkumpanjat l-istatwa artistika ta’ Kristu Rxoxt fit-toroq tan-Naxxar.
Matul il-purċissjoni, il-banda esegwiet għadd ta’ marċi brijużi, klassiċi kif ukoll valzi, li żiedu mal-atmosfera ferriħija ta’ din il-festa. Il-purċissjoni bdiet fl-10:00am bil-ħruġ tal-istatwa tal-Irxoxt, bis-sehem tal-banda.
Is-Soċjetà Mużikali Peace bi pjaċir kbir tawgura u tilqa’ fostha tliet mużiċisti żgħażagħ li kienu qed jattendu l-iskola tal-mużika tagħna. Waqt is-servizz mużikali solenni tal-Għid il-Kbir, ingħaqdu għall-ewwel darba mal-banda:
-
Luigi Vella – Alto Saxophone
-
Engelbert Zammit – Percussion (Drums)
-
Emma Friggieri – Clarinet
Aktar informazzjoni fuq Nawguraw lill-Bandisti Ġodda tal-Banda Peace