Is-Seba' Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

 Illum huwa propju s-seba' Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina, fejn illum qieghed infakkar xi punti ewlenin tal-istorja tal-Plancier Maestuz li ghandna fir-rahal taghna. 

Kien il-bidu tal-hamsinijiet tas-seklu li ghadda. Il-Kumitat tas-Socjeta' Muzikali Peace, hass li l-plancier il-qadim (li kien inhadem fl-1895) sar zghir ghax il-banda kienet kibret. Ghaldaqstant haseb li jsir plancier gdid, ikbar, u f'ghamla differenti minn dik kwadra, bhalma kien l-antik. 

 

L-isfidi li jinghelbu bix-xoghol

Ghal dan il-ghan gew imtellghin attivitajiet ghall-gbir tal-flus u gew ikkuntattjati l-imghallmin biex jitfassal ix-xoghol. Fosthom Vincenzo Agius (Ta' Lucens) li kellu fama ta' haddied mill-aqwa u bandist mal-istess Banda Peace, u Manwel Pirotta, li snin qabel kien ghadu kif hadem il-gallerija tal-orgni gewwa l-Knisja Acipretali taghna. Pirotta beda bil-buzzett (il-mudell) tal-plancier f'ghamla ta' nofs tond. Dan il-mudell, mahdum fl-injam u hadid, tpogga ghall-wiri nhar Hadd il-Palm tal-1953. Wara li bla ma hadd jaf kif, dan il-buzzett sab ruhu fil-Muzew tal-Folklor gewwa l-Palazz tal-Inkwizitur fil-Birgu, ha jerga' jitgawda mill-gdid fis-Sala tal-Muzew tal-Kazin flimkien ma partijiet originali tal-plancier l-antik.

Xoghol Lucens, li hu kollu mohbi, huwa l-bazi fil-forma ta' mrewha tal-hadid, li madwarha jitla' l-injam. Flimkien mieghu kien hemm jahdmu t-tfal tieghu, kif ukoll certu Mabbli Debono. Ma' Piroota kien hemm mastrudaxxi ohra jahdmu, fosthom Salvu Cachia (il-Hammarun) flimkien ma' ibnu Fredu u Guzeppi Catania. Sahansitra fil-Hdud, kont tara lil Salvu jahdem fuqu. Kienu jmorru jaghtu daqqa t'id ukoll, Karmenu Tanti, mastrudaxxa mit-tajbin nett, Ganni Borg u Manwel Magro. Waqt li kienet ghaddejja l-hidma, bejn Lucens u Pirotta inqalghu xi kwestjonijiet. Ma kienetx qaghda sabiha biex ix-xoghol jitkompla bl-armonija li beda. Biex l-affarijiet jiccaraw u kollox jerga' jaqbad il-korsa tieghu mill-gdid, kien hemm xi 'medjaturi' hbieb taghhom it-tnejn, li ghamlu kull ma setghu biex id-differenza ta' bejniethom, iwittuhom. Imma r-rieda tajba tfejjaq kollox u l-ftit nuqqas ta' qbil li jaf jinqala', jaf jitwitta wkoll.

Jekk f'pajjizna, hawn rahal maghruf, ghall-ammont kbir ta' haddieda u mastrudaxxi fi hdanu, dan minnghajr l-ebda dubju huwa n-Naxxar. Ma setax jonqos li minbarra Lucens u Pirotta, jidhlu aktar haddieda primi. Ix-xoghol tal-gallarija inhadem mill-ahwa Fortunato, Guzeppi u Geraldu Mercieca, kif ukoll mill-ahwa Mabbli u Mikiel Galea. Sabiex dawn il-haddiema kollha li semmejna, thallsu, l-ispiza kienet lahqet is-somma ta' Lm1, 400 li ghal dak iz-zmien kienu flus kbar.

Meta tlesta x-xoghol, l-imghallem Victor Gauci beda x-xoghol taz-zebgha b'mod professjonali tabilhaqq. Izda s-Sur Gauci kellu mhejjija hidma ohra li xtaq jaghtiha b'sorpriza lill-Kumitat tas-Socjeta' Muzikali Peace. Din is-sorpriza kienet legiju tassew artistiku, li sa llum ghadu jitgawda minn diversi surmastrijiet li jmexxu l-banda fil-jiem tal-Festa. Kien is-Surmast Salvatore Schembri l-ahhar li dderiega fuq il-plancier l-antik tal-arkati, u l-ewwel wiehed li dderiega l-banda fuq il-gdid. Rigal iehor kien is-sitt brazzi artistici tal-hadid xoghol Guzeppi Mercieca. Dawn ix-xogholijiet gew moghtija lill-Banda Peace fl-okkazjoni tal-innawgurazzjoni tal-plancier.

Il-Plancier il-gdid intrama ghall-ewwel darba fil-gnien tal-Palazz Parisio, filwaqt li saret fiera kbira. Dan kien il-Hadd, 29 ta' Awwissu, 1954. Issa n-Naxxarin setghu igawdu dan ix-xoghol maestuz u mprezzabbli fil-maestrija kollha tieghu. Setghu jammiraw il-hila tal-patrijotti shabhom u japprezzaw id is-sengha nobbli tar-rahal taghhom.

 

Jizzanzan ghall-Festa Ghaziza tal-Bambina

Nhar il-Hadd, 5 ta' Settembru 1954, il-plancier intramma' ghall-ewwel darba ghall-festa ta' Marija Bambina. Il-plancier kien ihares lejn triq Santa Lucija, armat f'nofs ta' pjazza, bin-nies iharsu lejh u lejn il-Knisja, fuq wara tieghu. Il-Prim Ministru n-Nutar Gorg Borg Olivier, ghalkemm mistieden ma setax jattendi ghal din l-okkazjoni mill-aktar memorabbli. Bghat minnfloku jirrapprezentah lill-Ministru tal-Edukazzjoni Dott. Jackie Frendo Azzopardi li ghamel l-indirizz tieghu u nawgura l-plancier. It-tberik sar mill-Eccellenza tieghu l-Arcisqof ta' Malta, Mikiel Gonzi. Il-Parrini kienu l-Kaptan Robert Mizzi u l-Avukat J.Attard Montaldo. Fost il-mistednin kien hemm l-ghaqdiet kollha tar-rahal u s-Socjetajiet tal-banda kollha, b'mod specjali dawk li f'pajjizhom kienet iddoqq il-Banda taghna. Kienu mistiedna, kif xieraq dawk l-imghallmin kollha li semmejna u li hadmu fih. Il-Banda kienet armata sewwa u kellu jsir marc minn tarf Triq Santa Lucija u wara tezegwixxi programm ta' Muzika Klassika.

Kien hawn entuzjazmu liema bhalu. Arja ta' ecitament ghal xi haga gdida u mistennija. Ma jistax ikun mod iehor, wara dawk ix-xhur kollha ta' xoghol u tahbit sakemm il-holma u x-xewqa ta' tant u tant Naxxarin, giet realizzata. Bil-kollaborazzjoni tal-haddiema imghallmin ta' senghethom sa' fl-ahhar ir-rizultat kien konkluz b'success.

Irrid ukoll innizzel hawnhekk li fis-sena 1995, saret skultura gdida fih, fuq id-dissinn ta' Salvu Bugeja u hadmu dawn is-sinjuri: Censu Fenech, Joe Agius, Kola l-Hinxes, il-Plattu u t-Tutan. Dan qed jinhad, biex ma jinghatax l-impressjoni li mill-1954, il-plancier baqa' mhux mittiefes. Dak li kellu bzonn isir fuqu , dejjem sar.

 

Generazzjonijiet

Minn jaf kemm inbidlu bandisti minn sittin sena ilu l-hawn? Hawn il-ftit li baqghu. Imma hemm min miet, min telaq il-banda, min ma baqax jinteressa ruhu fil-muzika. Kemm ra surmastrijiet t-etajiet differenti? Li hu zgur hu, li fuqu nstemghet kull bicca muzika tajba u ovvjament addattata ghall-Festa Ghaziza Taghna. Dan il-plancier bi storja hekk sabiha u ta' success, jibqa' ghozza ohra f'qalbna, u tifkira tas-sentiment nobbli tal-volontiera ta' qabilna. Ma dan kollhu huwa ghelm il-hila fis-sengha tan-Naxxarin taghna.

Iz-zghazagh tal-llum, li jhobbu l-Festa daqs ta' qabilhom, u li bhal missierijiethom jigu l-Kazin u japoggjaw lis-Socjeta' Muzikali Peace, mhux kollha jafu l-istorja ta' dan il-plancier sabih. Generazzjoni wara l-ohra taf titlef it-toghma tal-istorja sabiha tat-tifkiriet taghna, u dan hu ta' periklu mhux zghir ghall-identita' nazzjonali taghna. Il-wirt taghna ghalhekk ghandna nibzghu ghalih. Il-plancier huwa patrimonu muzikali. Ghaliex le? M'ghandiex nisthu nsemmu kburin dak li kellu sehem f'tiswir grajjietna. Meta tigi n-Naxxar fil-jiem tal-Festa, tarahx biss minn ghajn passiva, imma ara marbuta mieghu, l-istorja tieghu u tibda tasal sabiex tarah ahjar, biex tikkritikah ahjar, biex tosservah ahjar, ghax bl-istorja huwa grajja kompluta ta' opra' kbira.

Il-bazi ta' kull festa, l-gherq ta' kull ritwal Nisrani kien, ghadu u jibqa', t-Twemmin shih f'Alla u l-imitazzjoni tal-qaddisin fil-hajja taghna. Imma mhuwiex dnub li tfakkar u tiftakar b'celebrazzjoni ta' kulur. Il-Festa m'hijiex il-plancier, imma l-plancier jaf ikun Festa Muzikali mill-aqwa. Il-plancier li jaghti l-gost, li jqanqal u jferrah.

 

Plancier ta' Sittin Sena

Din il-kitba f'gheluq is-sittin sena tal-plancier il-gdid tas-Socjeta' Muzikali Peace qed issir b'omagg lil min hadem fih u ma ghadux maghna, b'tizzija hajar lil min hadem fih u ghadu maghna, u bit-tama li tqanqal imhabba lejn l-istorja ta' hwejjigna fil-generazzjoni tal-lum. Dawk is-sittin sena li ghaddew, jafu mhux biss binja ta' plancier, imma t-twelid ta' generazzjonijiet shah li lin-Naxxar jafuh modern. J'Alla din l-istorja tqanqal imhabba u nteress dejem akbar f'kull min hu Naxxari, ghal kull ma hu Naxxari.

 

L-istorja t'hawn fuq hija kollha miktuba mill-pinna tas-Socju Onorarju tas-Socjeta taghna, s-sur Victor Scerri.

 

Nixtieq nahtaf l-opportunita' sabiex nheggeg lin-Naxxarin kollha specjalment lill-partitarji tas-Socjeta' Muzikali Peace sabiex ittellghu l-bnadar, tubi u globi taghhom fl-okkazzjoni tas-Seba' Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina. Nixtieq ukoll nheggigkom tattendu ghal attivitajiet li jmiss li huma propju l-Hrug minn-nicca tal-vara ta' Marija Bambina nhar il-Gimgha 28 ta' Settembru u l-BBQ Kbir fil-Pjazza li ser isir nhar il-Hadd 30 ta' Settembru. Bookings mill-membri tal-Kumitat/Kummissjonijiet kif ukoll mill-operaturi tal-BAR OTTO CLUBHOUSE. Bookings miftuhin, thallux ghal ahhar!

Grazzi!!

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 22 ta’ Awwissu 2015