Is-Sitt Sibt tal-Festa ta' Marija Bambina

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illum is-Sibt 15 t'Awwissu, huwa s-sitt Sibt tal-Festa ghaziza taghna ta' Marija Bambina. Fadal biss tlett gimghat ohra sabiex niccelebraw il-Festa kbira taghna, tan-Naxxarin. Peress li dan huwa s-sitt Sibt tal-Bambina, dan is-Sibt huwa ddedikat lill-dawk il-bandisti kollha li jiffurmaw parti mill-Peace Brass Ensemble. Dan ghaliex din is-sena l-Peace Brass Ensemble ser ikunu qieghdin jergaw ittellghu' Spettaklu Muzikali sabih fil-pjazza tan-Naxxar quddiem il-kazin. Il-Peace Brass Ensemble ilha mwaqqfa mill-2009 u sal llum irnexxila tiehu sehem f'bosta okkazzjonijiet mportanti fosthom il-Maratoni tad-Dar tal-Providenza, fir-Rahal tal-Milied, waqt Programmi Muzikali matul is-sena u hafna aktar. Minn hawnhekk nixtiequ nirringrazjaw lill dawk kollha li prezentament jiffurmaw parti minn din il-Brass Band kif ukoll lill dawk kollha li taw il-kontribut lill din l-istess Brass Band matul iz-zmien. L-ispettaklu Muzikali li jmiss ser isir nhar is-Sibt 6 ta' Settembru fil-pjazza quddiem il-Kazin taht id-direzzjoni ta' Mro. Joseph Chircop li huwa l-assistent surmast tal-Banda taghna.

Nheggeg lin-Naxxarin kollha specjalment lill-partitarji tas-Socjeta' Peace sabiex ittellghu l-bnadar, t-tubi u globi taghhom sabiex niccelebraw is-sitt Sibt tal-Festa ghaziza taghna. Nhegegg ukoll lill-partitarji taghna sabiex jattendu ghal attivitajiet li jmiss sal-Festa sabiex nidhlu fl-ispirtu tal-Festa flimkien u jkollna Festa sabiha bhal ma dejjem kelna.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Is-Sibt, 15 ta’ Awwissu 2015