Il-Banda Peace, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Lino Pirotta, ippreżentat kunċert tal-Ġimgħa Mqaddsa nhar il-Ħamis, 26 ta’ Marzu, fis-7:30 p.m.
Il-kunċert ittella’ fis-Sala Marija Bambina, ġewwa Palazzo Vittoria.
Wara l-kunċert, saret ukoll l-inawgurazzjoni uffiċjali tal-wirja “Il-Passjoni tad-Divin”, li bħalissa qed tkun esebita fil-kappella tal-każin għall-perjodu tal-Ġimgħa Mqaddsa.