www.BANDAPEACENAXXAR.com tieħu dehra aktar moderna

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Mill 1 ta' Settembru 2015, il-websajt tas-Socjeta hadet dehra gdida u aktar moderna li issa giet hafna aktar kompatibbli mat-Tablets u lis-Smartphones. Din is-sena l-websajt tas-Socjeta’ diehla fis-sitt sena taghha. Il-websajt tirrikjedi aggornamenti kontinwi matul ix-xhur kollha tas-sena u allura ix-xoghol fuq dan il-progett ma jieqaf qatt. Fl-irwol tieghi bhala webmaster jien gejt fdat sabiex permezz tal-websajt inzomm lilkom infurmati b’dak kollu li jkun qieghed jigri fis-Socjeta’ taghna u fin-Naxxar. Qabel kull attivita’ nigi mitlub niddisinja poster biex b’hekk il-websajt tigi aggornata b’informazzjoni dettaljata dwar l-attivitajiet kollha organizzati mis-Socjeta’ taghna. Ma tonqosx ukoll informazzjoni dwar id-diversi servizzi tal-banda u kull attivita’ ohra li tinvolvi s-sehem tal-membri taghna. Barra minn hekk, kif hafna minnkom issa draw, wara kull attivita’, kemm jekk tal-banda kif ukoll jekk organizzata mill-Kumitat jew mill-Kummisjonijiet, il-websajt tas-Socjeta’ tigi aggornata b’diversi ritratti u filmati tal-attivita’. Fi ftit kliem il-websajt tinkludi taghrif u ritratti dwar ix-xoghol, is-sehem u successi tal-membri kollha tas-Socjeta’ Muzikali Peace.


Fil-ktieb tal-festa tas-sena l-ohra kont habbart li kont bdejt nahdem fuq disinn gdid ghal websajt tas-Socjeta’. Din is-sena bi pjacir inhabbar li x-xoghol fuq il-websajt il-gdida huwa lest u l-websajt giet imnedija websajt gdida fuq stil aktar modern. Marbuta ma din il-websajt ghadha kemm infethet pagna gdida fuq facebook. L-ghan ewlieni ta’ din il-pagna huwa propju sabiex inzommu lilkom infurmati b’aggornamenti diretti waqt is-servizzi tal-banda u l-attivitajiet tal-kazin. Ghaldaqstant, jekk inti interessat li tkun taf x’qed jigri minn hin ghal iehor waqt l-attivitajiet kollha tas-Socjeta’ ghafas Like fuq www.facebook.com/SocjetaMuzikaliPeaceNaxxar. Izda dan m’huwiex l-unika ghan ta’ din il-pagna gdida. Dan ghaliex intom qieghdin tigu mitluba sabiex personalment itellghu r-ritratti u l-filmati taghkom relatati ma l-attivitajiet tas-Socjeta’ fuq din il-pagna. B’hekk intom tkunu qieghdin tghinu lilna sabiex inkabbru d-database tar-ritratti tas-Socjeta’. Barra minn hekk, intom li ghandkom xi ritratti antiki relatati mal-kazin jew mas-sehem tal-banda f’xi okkazzjoni, intom mistiedna sabiex itellghu dawn ir-ritratti fuq din il-pagna, jew tikkuntattjaw lil xi membru mis-Socjeta’ taghna sabiex tghaddulna kopja ta’ dawn ir-ritratti, jew ibghatu email fuq info@bandapeacenaxxar.com. Minn naha taghna ahna nirringrazzjawk talli tkun ghogbok tghina nkabbru l-arkivji tas-Socjeta’.

Filwaqt li nirringrazzjakom tal-appogg kontinwu taghkom, inheggigkom tkomplu zzuru l-websajt ghal aktar taghrif dwar is-Socjeta’. U jekk forsi ghadek qatt ma zort il-websajt taghna infakkrek li tista’ taghmel dan permezz ta’ www.bandapeacenaxxar.com.

Il-Festa t-tajba lil dawk kollha li ghandhom ghal qalbhom dak kollu li hu Naxxari!
Viva Marija Bambina u s-Socjeta’ Muzikali Peace!

Biex tirreklama fuq is-sit tas-Socjeta’, ibghat email fuq: info@bandapeacenaxxar.com

www.bandapeacenaxxar.com
 

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 3 ta’ Settembru 2015