Fenkata - Nhar is-Sibt 4 ta' Frar

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 4 ta’ Frar 2017

Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-Soċjeta' Mużikali Peace, tixtieq tistedinkhom sabiex tattendu għal attivita' li jmiss li hija Fenkata fis-Sala Marija Bambina. L-ikla ser issir nhar is-Sibt, 4 ta' Frar fit-8:00pm u l-qlieħ kollhu ser imur b'risq il-Festa ta' Marija Bambina. 

L-ikla tikkonsisti f'Appretizers, Starter u Main Course fejn għandkom l-għażla bejn Fenek jew Tiġieġ.

Id-divertiment ma jonqosx f'din l-attivita' fejn bi pjaċir kbir ser jinngħaqqad magħna s-sur Tonio Vella magħruf aħjar bħala l-Majsi.

Il-Bookings huma miftuħin u jistaw jittieħdu minn OTTO Clubhouse jew mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ. 

F'isem il-Kummissjoni Żgħażagħ nixtieq nħeġġiġkom sabiex tattendu għal din l-attivita' sabiex minnbarra li nkunu qiegħdin nieħdu gost bil-kumpanija ta' xulxin, bl-ikel bnin u bid-divertiment garantit, tkunu wkoll qiegħdin tgħinu lill Kummissjoni finanzjarjament. Tħallux għal aħħar!

GRAZZI!

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 19 ta’ Jannar 2017