Gallery Album: Wirja Triq Il-Kalvarju Imdawla bil-Fidi tas-Salvazzjoni (12 sa 19 t'April)

Din is-sena is-Soċjeta' tagħna fiż-żmien il-Ġimgħa Mqaddsa esebixxiet wirja ta' purċissjoni tradizzjonali tal-Ġimgħa l-Kbira f'minjatura u mudell tal-ġirja tradizzjonali tal-Irxoxt fis-Sala Marija Bambina. Il-wirja jisimha 'WIRJA TRIQ IL-KALVARJU Imdawla bil-Fidi tas-Salvazzjoni' u kienet għal wiri mill-Ġimgħa 12 t' April sal-Ġimgħa 19 t'April. Ħajr lill-artist bravu Laurence Mamo li ħadem u rama din il-wirja mill-isbaħ u unika f'pajjizna.

Filmat: Parti zgħira mill-Wirja li hemm armata fis-Sala Marija Bambina bl-isem TRIQ IL-KALVARJU.

Ritratti [ 67 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti
Niċċelebraw l-10 sena Anniversarju tas-sit www.bandapeacenaxxar.com
Servizzi Mużikali tas-Sajf 2019