𝗔 𝗡𝗶𝗴𝗵𝘁 𝗔𝘁 𝗧𝗵𝗲 𝗠𝗼𝘃𝗶𝗲𝘀 Ⅱ - 22 ta' Novembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 22 ta’ Novembru 2025

Il-Banda Peace tan-Naxxar qed tħejji ruħha għal waħda mill-aktar serati mużikali mistennija tas-sena - il-kunċert annwali tagħha, din is-sena bit-tema A Night at the MoviesⅡ. Dan il-kunċert se jsir nhar is-Sibt, 22 ta’ Novembru, ġewwa t-Teatru ta’ San Alwiġi f’Birkirkara.

Wara s-suċċess kbir tat-tliet edizzjonijiet preċedenti, il-Banda Peace taħt id-direzzjoni tas-Surmast Lino Pirotta se terġa’ toffri programm mużikali ispirat mill-aqwa soundtracks u mużika ikonika mill-films li tant inħobbu. Il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi taħlita ta’ emozzjoni, nostalġija u spettaklu mużikali ta’ livell għoli.

Għal sena oħra l-banda ser tkun akkumpanjata b’element taż-żfin mill-Aline Dance Academy ta’ Alana Bondin, li se jżidu dimensjoni artistika oħra permezz ta’ koreografiji maħduma apposta għal dan l-avveniment.

Il-Banda Peace ser tkun akkumpanjata wkoll mill-kantanta bravissima Amber Bondin b’interpretazzjoni ta’ uħud mill-aqwa suċċessi.

🎟️ Biljetti issa huma disponibbli, u dawk interessati huma mħeġġa jakkwistawhom kemm jista’ jkun malajr.

📢 Għal aktar informazzjoni u aġġornamenti, segwu s-sit uffiċjali tal-Banda Peace u l-paġni tagħha fuq il-midja soċjali.

A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 31 ta’ Ottubru 2025


A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify