Kull nhar ta' Sibt, mis-Sibt, 11 ta' Ottubru sas-Sibt, 1 ta' Novembru ser jittellgħa kors kif taħdem il-presepju. Il-kors ser ikun immexxi mill-presepista s-sur Mark Scerri. Il-kors huwa miftuħ għal persuni 'l fuq minn 12-il sena. Fit-tmiem tal-kors, kull parteċipant jieħu l-presepju magħmul minnhu komplut id-dar.
Reġistrazzjoni għanda ssir ma' Anthony Deguara fuq 79 960 520 jew ma' xi membru tal-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace.
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 22 ta’ Settembru 2025