Gallery Album: B'sogħba u dispjaċir kbir inħabbru l-mewt tal-President Emeritus tas-Soċjeta' - Dr. Martin Fenech

Il-President u l-Kumitat stiednu lill-pubbliku ġenerali, b’mod speċjali lill-membri u partitarji sabiex jħallu messaġġ fil-ktieb tal-kondoljanzi li ser ikun fl-intrata ta’ Palazzo Vittoria - Naxxar, l-Erbgħa 1 ta’ Ottubru mit-8:30am ‘il quddiem kif ukoll il-Ħamis 2 ta’ Ottubru mit-8:30am sal-ħin tal-funeral.

Il-Funeral tal-ex President u President Onorarju tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar l-𝗔𝘃𝘃. 𝗠𝗮𝗿𝘁𝗶𝗻 𝗙𝗲𝗻𝗲𝗰𝗵 sar nhar 𝗶𝗹-Ħ𝗮𝗺𝗶𝘀 𝟮 𝘁𝗮’ 𝗢𝘁𝘁𝘂𝗯𝗿𝘂, 𝟮𝟬𝟮𝟱.

▪️Fis-1:35pm il-Kumitat u l-Kummissjonijiet taw l-aħħar tislima xierqa quddiem is-sede b’daqq ta’ fanfara mill-Bandisti tas-Soċjetà.
▪️Fis-2:00pm saret konċelebrazzjoni presente cadavere fil-Knisja Kolleġġjata ta’ Marija Bambina, Naxxar.

Is-Soċjetà Peace żammet l-għada l-Erbgħa u l-Ħamis bħala jiem ta' Luttu b'turija ta' rispett.

Agħtiħ O' Mulej il-mistrieħ ta' dejjem. 

Grazzi Dr.Martin Fenech tal-ġid, xogħol u l-imħabba kbira li kellek lejn is-Soċjeta' tagħna. 

Ritratti [ 8 ]

Ħajr lis-Soċjeta' Mużikali Peace tar-ritratti

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify