Gallery Album: Il-proġett tal-intrata

Il-proġett tal-intrata kompla jittejjeb u jissebbaħ permezz ta’ diversi xogħlijiet ta’ kwalità għolja:

  • 🪟 Antiporta ġdida tal-kewba b’ħġieġ imullat,

  • 🚪 Bieb tal-kewba b’pannew kbir tal-ħġieġ fuq quddiem tal-uffiċċju tas-segretarjat,

  • ⚒️ Restawr ta’ kanċell antik tal-ħadid maħdum bis-sengħa, li ġie adattat fuq panew tal-kewba u mwaħħal fuq in-naħa ta’ ġewwa tal-entratura tal-uffiċċju.

Dan il-kanċell mhux biss ser jibqa’ jitgawda għal ħafna snin oħra, iżda se jservi wkoll biex itejjeb iċ-ċirkolazzjoni tal-arja ġewwa l-bini.

Ringrazzjament speċjali lill-kumpanija St. Anthony Woodworks għall-ħidma eċċellenti tagħhom 

Grazzi wkoll lil kull min qed joffri l-għajnuna tiegħu sabiex dan il-proġett ikompli jiġi ffinanzjat u jitlesta b’suċċess.

Ritratti [ 4 ]

Ħajr lill-Peace Band Club tar-ritratti

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify