Il-President u l-Kumitat tas-Soċjetà Mużikali Peace, Naxxar bi pjaċir jilqgħu lil Stephen Sperandeo bħala membru ġdid fil-Kumitat Eżekuttiv, fejn se jservi bħala Direttur taż-Żgħażagħ.
Din il-ħatra tfisser pass ieħor ’il quddiem fil-ħidma kontinwa tal-Soċjetà biex tkompli ssaħħaħ ir-rabta mal-ġenerazzjoni żagħżugħa u tinkoraġġixxi l-involviment tagħhom fil-ħajja mużikali u soċjali tal-każin.
Nawguraw lil Stephen kull suċċess f’din il-kariga importanti, u nħarsu ’l quddiem għal kollaborazzjoni mimlija ħeġġa, enerġija u ideat ġodda għall-ġid tas-Soċjetà tagħna.
Fl-istess waqt, nixtiequ nesprimu r-ringrazzjament sinċier tagħna lil Isaac Zarb għall-ħidma, id-dedikazzjoni u l-kontribut siewi tiegħu matul il-perjodu li serva bħala Direttur taż-Żgħażagħ. Grazzi mill-qalb Isaac!
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 26 ta’ Ottubru 2025