Data tal-Attivita: Is-Sibt, 22 ta’ Novembru 2025


Il-Banda Peace tan-Naxxar qed tħejji ruħha għal waħda mill-aktar serati mużikali mistennija tas-sena - il-kunċert annwali tagħha, din is-sena bit-tema “A Night at the MoviesⅡ”. Dan il-kunċert se jsir nhar is-Sibt, 22 ta’ Novembru, ġewwa t-Teatru ta’ San Alwiġi f’Birkirkara.
Wara s-suċċess kbir tat-tliet edizzjonijiet preċedenti, il-Banda Peace taħt id-direzzjoni tas-Surmast Lino Pirotta se terġa’ toffri programm mużikali ispirat mill-aqwa soundtracks u mużika ikonika mill-films li tant inħobbu. Il-pubbliku se jkun jista’ jgawdi taħlita ta’ emozzjoni, nostalġija u spettaklu mużikali ta’ livell għoli.
Għal sena oħra l-banda ser tkun akkumpanjata b’element taż-żfin mill-Aline Dance Academy ta’ Alana Bondin, li se jżidu dimensjoni artistika oħra permezz ta’ koreografiji maħduma apposta għal dan l-avveniment.
Il-Banda Peace ser tkun akkumpanjata wkoll mill-kantanta bravissima Amber Bondin b’interpretazzjoni ta’ uħud mill-aqwa suċċessi.

Biljetti issa huma disponibbli, u dawk interessati huma mħeġġa jakkwistawhom kemm jista’ jkun malajr.
Għal aktar informazzjoni u aġġornamenti, segwu s-sit uffiċjali tal-Banda Peace u l-paġni tagħha fuq il-midja soċjali.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 31 ta’ Ottubru 2025