Gallery Album: Niġġeddu b'Viżjoni Seminar - 7 ta' Mejju

Nhar is-Sibt 7 ta' Mejju ttellgħa Seminar interessantissimu fejn ġie preżentat u diskuss riżultat ta sħarriġ xjentifiku. 

Matul l-aħħar jiem is-Soċjetà Mużikali Peace kkumisjonat lil Dr. Vincent Marmarà sabiex jagħmel stħarriġ xjentifiku dwar diversi aspetti marbuta mas-Soċjetà tagħna, l-festa u l-volontarjat fost in-Naxxarin.

Dr. Marmarà preżenta r-riżultat waqt dan is-seminar kif ukoll għamel l-analiżi tiegħu.

Huwa ħa sehem f’diskussjoni flimkien ma’ panel ta’ professjonisti minn diversi setturi sabiex janalizzaw dan l-istħarriġ vis-à-vis is-Soċjetà tagħna u li finalment li nagħmlu pjan ‘il quddiem ibbażat fuq il-fatti.

Il-kelliema prinċipali fis-seminar kienu: Dr. Marie Avellino, Dr. Albert Bell, Profs. George Cassar u Dr. Vincent Marmarà.

Is-Seminar ġie mmexxi mill-preżentatur Sergio Mallia.

Dan il-proġett ġie ffinanzjat permezz taI-Voluntary Organisations Project Scheme amministrat mill-Kunsill Malti għas-Settur tal-Volontarjat.


Ħajr lill-Daniel Delia tar-ritratti