Gallery Album: Xogħol ta' sgraffir fuq l-istatwa tas-Soċjeta

Ix-xogħol fuq l-istatwa tkompla mill-artist Edward Azzopardi li bil-ħila u dedikazzjoni tiegħu x-xogħol fuq l-istatwa tkompla mall-ewwel. Edward ħa ħsieb l-isgraffir fuq l-istatwa. Is-Soċjeta' Peace tixtieq terġa tirringrazja lill-Edward tax-xogħol siewi li jagħmel f'din is-Soċjeta' b'modd speċjali fil-proġett tal-istatwa. Grazzi! Id-disinn tal-libsa hu maħdum fuq dak l-oriġinali tal-istatwa titulari. Pero saru xi modifikazzjonijiet żgħar peress li tat-titular hu riljiev, jiġifieri skulturat fl-injam, filwaqt li tal-istatwa tagħna hu mħaffer ġol-fibre. L-ewwel saret bħal stencil maqtugħa fil-karti biex id-disinn seta' jiġi mqassam aħjar fuq il-libsa, umbagħad beda l-proċess twil biex dan jiġi mħaffer.
Ritratti [ 17 ]