Aħbarijiet riċenti

[321-325] minn 496 artikli
<
>

Għalliem u Ko-ordinatur tat-Tgħalim fis-Soċjeta' Mużikali Peace

Nhar l-Erbgħa 18 ta' Jannar, tkompla l-proġett ambizzjuż tal-banda Peace fejn jidħol it-tgħalim tal-mużika. Il-bieraħ ġie ffirmat kuntratt ma' Emmanuel Giordimaina bħala għalliem u ko-ordinatur tat-tgħalim tal-mużika fis-Soċjeta' Mużikali Peace flimkien mas-surmast u l-assistent surmast tal-banda Peace. 

B'Sogħba kbira nħabbru l-mewt ta' Carmel Cortis

B'sogħba u dispjaċir kbir inħabbru l-mewt tas-sur Carmel Cortis magħruf aħjar bħala 'Nenu'. Nenu kien Naxxari li verament iħobb il-Festa għażiża ta' Marija Bambina kif ukoll il-Festi tal-Ġimgħa Mqaddsa. Is-sur Cortis sserva wkoll għal żmien twil fil-Kumitat Ċentrali tal-Għaqda Mużikali Marija Bambina, Banda Vittorja Naxxar. 

AWGURI

Il-Kumitat Ċentrali flimkien mall-Kummissjonijiet kollha tas-Soċjeta' Mużikali Peace, jixtiequ jawguraw il-Festi t-Tajba lil kullħadd b'modd speċjali lill-membri, bandisti, soċji, benefatturi, u helpers ta' din is-Soċjeta'. J'Alla ikollkom Milied u sena ġdida mimlija PAĊI, HENA, MĦABBA, u SAĦĦA.

AWGURI mill-qalb u grazzi ta dak kollhu li għamiltu lis-Soċjeta' tagħna sabiex dejjem nibqaw ntejbu l-livell tagħna.

Registrazzjoni tas-Socji 2017

Il-membri tal-Kumitat Centrali jixtiequ javzawkom li r-registrazzjoni tas-Socji ghas-sena 2017 nfehthet u ser ikun hemm xi membri tal-Kumitat Centrali kull nhar ta Hadd sabiex membri ezistenti jkunu jistaw jgeddu t-tessera taghhom u membri godda jkunu jistaw jinktibi maghna. Nfakkrukom li la darba intom tkunu membri attivi b tessera attiva gewwa l-kazin intom tkunu tistaw tgawdu minn skontijiet tajbin hafna minn hwienet rinomati gewwa n-Naxxar. Ghalhekk nheggek sabiex tigi u thegggeg lill shabek sabiex jinktibu maghna u tibdew tgawdu intom wkoll minn dawn l iskontijiet.

Niftakru f'ħutna l-mejtin kollha

Hekk kif wasal f'Novembru ma jistax jonqosx li ma niftakrux f'ħutna l-mejtin tagħna fosthom il-bandisti, membri, benefatturi, u ħbieb ta' din is-Soċjeta' li sfortunatament ħallewna u marru ħdejn il-ħallieq. Fil-bidu ta' Novembru niċċelebraw żewġ festi li huma marbutin b'modd strett bejniethom, l-istess kif il-ferħ u d-dmugħ insibu f'Ġesu' għaqda li hija l-pedament tal-fidi u tat-tama tagħna. 

F'isem is-Soċjeta' Mużikali Peace nixtieq nsellmu l-memorja ta' dawk kollha li ħallewna u li kienu parti kbira fis-Soċjeta' tagħna, fosthom ex membri tal-Kumitat, ex bandisti, ex soċji u ħbieb. Nixtiequ nsellmu lill-familjari tagħhom u nirringrazjawom tal-kurraġġ li dejjem taw lill din is-Soċjeta'. 

Pannu ġdid fl-Snooker professjonali tas-Soċjeta'

Ftit tal-jiem ilu kif forsi ħafna mid-dilettanti tal-snooker li jiffrekwentaw il-każin tagħna setaw jindunaw li l-mejda tal-snooker sar manutenzjoni fuq il-pannu tal-snooker billi nbidel. Il-logħba tal-isnooker fil-każin tagħna minn dejjem kienet mportanti u dejjem tgħajna mportanza f'din is-sala mill-isbaħ fejn hija armata minn kollox b'modd professjonali sabiex kull kompetitur ikun jista jieħu pjaċir jilgħab din il-loghba b'modd professjonali. Nħeġġeġ lill dawk kollha li jixtiequ jibdew jagħmlu użu minn dan l-snooker sabiex ikellmu lill-membri nkarigati mill-Kumitat Ċentrali. 

Nifirħu lill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ li qiegħdin jieħdu ħsieb din is-sala tal-Snooker.

 

Aktar ritratti: http://bandapeacenaxxar.com/galleryitems.aspx?id=371

 

Ħajr lil AnnMarie Pavia għar ritratti.

[321-325] minn 496 artikli
<
>
 

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify