Nhar l-Erbgħa 18 ta' Jannar, tkompla l-proġett ambizzjuż tal-banda Peace fejn jidħol it-tgħalim tal-mużika. Il-bieraħ ġie ffirmat kuntratt ma' Emmanuel Giordimaina bħala għalliem u ko-ordinatur tat-tgħalim tal-mużika fis-Soċjeta' Mużikali Peace flimkien mas-surmast u l-assistent surmast tal-banda Peace.
Minn hawnhekk f'isem il-membri tal-Kumitat Ċentrali u l-Kummissjonijiet tas-Soċjeta', nixtieq nawgura minn qalbi kull suċċess lill-Emmanuel fejn ninsab ċert li x-xogħol u d-deddikazjoni tas-sur Giordimaina żgur ħa jservu ta' ġid lill-aljievi u bandisti tagħna fit-tgħalim tagħhom mal-banda Peace.
Aktar dettalji fuq dan il-proġett jingħataw fil-jiem li ġejjin.
Ritratt: Is-sur Emmanuel Giordimaina jiffirma l-Kuntratt mall-Banda Peace flimkien mal-President Dr.Martin Fenech u s-Segretarju s-sur Matthew Pullicino.
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 19 ta’ Jannar 2017