Aħbarijiet riċenti

[256-260] minn 469 artikli
<
>

Il-Festi t-Tajba u Awguri!

Il-President u l-Kumitat, flimkien mal-Kummissjonijiet tas-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar, jawguraw Milied mill-aktar ħieni u sena ġdida mimlija Paċi u Risq.

Kondoljanzi lill-familja Bugeja

F'dawn l-aħħar siegħat il-partitarji u membri ta' din is-Soċjeta' xxukjajna ruħna u ninsabu ferm ddispjaċuti bl-aħbar xejn sabiħa fejn tħabret il-mewt taż-żgħażugħ Michael. Michael kien żgħażugħ li kont dejjem taraħ b'dik it-tbissima fuq xuftejħ u kien jieħu gost jitla għal Festa ta' Marija Bambina. Dan iż-żgħażugħ qalbieni, miet fl-eta ta' 17-il sena.

Premijiet u Rikkonoxximenti f'Jum in-Naxxar - 11 ta' Diċembru

Nhar it-Tnejn 11 ta' Diċembru, propju f'jum in-Naxxar, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar premja lill-individwi Naxxarin. F'isem is-Soċjeta' Mużikali Peace nixtiequ nifirħu lill-dawk in-Naxxarin kollha li ġew premjati b'dawn l-premijiet u rikkonoxximenti b'mod speċjali lill-individwi li jifformaw parti mis-Soċjeta' tagħna. Proset!

Reġistrazzjoni tas-Soċji 2018

Issieħbu bħala soċji mal-ewwel banda Naxxarija minn nhar il-Ħadd 3 ta' Diċembru f'OTTO Clubhouse. Kull minn huwa nteresat jissieħeb bħala soċju fis-Soċjeta' tagħna għas-sena 2018 jista jagħmel dan billi jħallas it-tessera mar-rapreżentanti tal-Kumitat Ċentrali. 

Programm taċ-Ċelebrazzjonijiet tal-100 sena f'PALAZZO VITTORIA 1917 - 2017

Din is-sena kif forsi diga tafu s-sede tas-Socjeta', Palazzo Vittoria jaghlaq l-100 sena minn meta l-Banda Peace dahlet f'dan il-Palazz. Dan ifisser li s-Socjeta' Peace din is-sena ser taghlaq ic-Centinarju minn mindu dahlet l-ewwel darba f'din il-Propjeta' mill-isbah fil-qalbha tal-Pjazza tan-Naxxar.

Kondoljanzi lill-familja Bonavia

F'isem il-Kumitat Ċentrali nixtiequ nibgħatu l-kondoljanzi lis-sur Nicky Bonavia u l-familja għat-telfa ta' missieru li kien ukoll membru tal-każin tagħna. Agħtih O'Mulej il-mistrieħ ta' dejjem...

[256-260] minn 469 artikli
<
>
 
A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify