Osculum Proditionis "Il-Bewsa tat-Tradiment" - Tnedija ta' CD Ġdida tal-Marċi Funebri

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Il-Banda Peace qiegħda tniedi CD ġdida ta' Marċi Funebri bl-isem "Osculum Proditionis" li tfisser "Il-Bewsa tat-Tradiment". F' din ic-CD nisimaw sett ta' Marċi Funebri mill-isbaħ miktubin minn kompożituri lokali fosthom insibu marċi miktubin riċenti u oħrajn li nkitbu bosta snin ilu u li l-maġġornaza tagħhom nkitbu minn Surmastrijiet li kienu parti mill-istorja kbira tal-Banda Peace tan-Naxxar.

F'dan ic-CD ser issibu marċi ġodda u antiki li jmorru lura l' fuq minn mitt sena. Il-Kummissjoni Banda bħalissa għaddejja fi proċess sabiex teqleb il-marċi antiki tas-Soċjeta' b'mod diġitali sabiex wara dawn is-snin kollha jkunu jistaw jerġaw jinndaqqu mill-Banda u jitgawdew għal aktar snin. F'dan ic-CD ser tinnutaw li hemm ħames marċi li nqelbu diġitalment u saħansitra ġew rrekordjati u ser tkunu tistaw tisimawom f'dan ic-CD il-ġdid. 

CD ieħor simili kien sar madwar sitt snin ilu, fejn ic-CD kien magħmul minn Marċi riċenti kif ukoll oħrajn antiki ħafna. Is-Soċjeta' tagħna tħoss li huwa d-dmir tagħha li aħna ngħożżu u niproteġu r-repertwar mużikali tagħna u li nieħdu ħsieb li dan ikun miżmum sikur għal ġejjieni. 

Ic-CD ser jiġi mniedi nhar il-Ħadd 17 ta' Marzu fl-10:00am ġewwa OTTO Clubhouse (Il-bottegin tas-Soċjeta').

Marċi Funebri mill-Banda Peace

1. Alla Memoria di Anna Micallef (2018) - LINO PIROTTA -Surmast Direttur (1991 - preżent)
2. Crucis (2018) - JOSEPH CHIRCOP -Assistent Surmast
3. Alla Memoria del mio Nonno Leli Giordimaina (Ta' Fantin)(2018) - EMMANUEL GIORDIMAINA
4. In Memory of Michael Agius (2018) - KYLE PIROTTA -Bandist
5. Passio Domini (2018) - RYAN CAUCHI -Bandist
6. A Mio Fratello Ruggiero - VINCENZO CARABOTT -Surmast Direttur (1878-1880
7. Marcia Funebre No3 - GIUSEPPE MICALLEF -Surmast Direttur (1884-1890, 1894) - Arranġament: RYAN CAUCHI
8. La Desolata - VITTORIO XERRI -Surmast Direttur (1902-1904, 1914-1917) - Arranġament: KYLE PIROTTA
9. Abbi Pieta' - FERDINAND CAMILLERI -Surmast Direttur (1917-1922
10. Papa Pio XI - KAV. GIUSEPPE BUSUTTIL -Surmast Direttur (1930-1944
11. Alla Memoria del Marchese Vincenzo Bugeja (2017) - RAY SCIBERRAS
12. Għalik John Debono (2015) - LINO PIROTTA -Surmast Direttur (1991 - preżent)

 

Teaser

 

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 6 ta' Marzu 2019


Niċċelebraw l-10 sena Anniversarju tas-sit www.bandapeacenaxxar.com
Servizzi Mużikali tas-Sajf 2019

Aħbarijiet Riċenti


Kalendarju tax-Xahar

  • Lulju 2019
    TneTliErbĦamĠimSibĦad
    24252627282930
    1234567
    891011121314
    15161718192021
    22232425262728
    2930311234

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook