Avviż: Restawr tal-Istandard Prim

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Is-Soċjeta' tagħna li għanda l-fuq minn 150 sena, dejjem għamlet mill-aħjar sabiex tieħu ħsieb li jsir ir-restawr tal-armar uniku u prestiġjuż li ħallew missierijitna fis-Soċjeta' tant għażiża għalina. Bħalissa għaddej r-restawr tal-istandard prim tas-Soċjeta. Dan l-istandard irrakkmat bl-arma tas-Soċjeta', sar fl-1987 fl-anniversarju tal-125 sena. Ix-xogħol ta' restawr jikkonsisti fi trasport tar-rakkmu, drapp, frenża tad-deheb, ċoff u ġmiemen ġodda, u għandu jitlesta sal-Festa li ġejja. Għalhekk qiegħdin inħeġġu lill-dawk kollha li jixtiequ jagħtu l-kontribut b'risq dan il-proġett billi nitlobkom tavviċinaw xi Membru tal-Kumitat Ċentrali. 

GRAZZI MILL-QALB!!

 

Filmat: L-Innu tas-Soċjeta' Mużikali Peace, Il-Paċi.

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 23 ta’ Jannar 2019