Aħbarijiet riċenti

[246-250] minn 469 artikli
<
>

Restawr ta' Opri Artistiċi u Storiċi tas-Soċjeta' tagħna

Nhar il-Ġimgħa 27 ta' April saret l-innawgurazjoni uffiċjali tar-restawr li sar fuq opri artistiċi li huma tas-Soċjeta' tagħna. Ġie inawgurat ir-restawr u rinovazzjoni tal-abozz tal-pjanċier u pittura tal-Allegorija tal-Mużika. Ix-xogħol ta' restwar sar mill-kumpanija Recoop wara li nkisbu fondi apposta mill-gvern bl-għajnuna tal-Għaqda Każini tal-Banda.

Proset lill-Għaqda tan-Nar Marija Bambina Naxxar li kklasifikaw fit-Tielet Post fil-Festival tan-Nar

F'isem il-membri u l-Kumitat tas-Soċjeta' Mużikali Peace nixtiequ nawguraw u nirringrazzjaw lill-membri tal-Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar talli ġabu dan l-unur lejn Beltna n-Naxxar. Din l-għaqda ġiet fit-Tielet post b'total ta' 322.50 punti fil-Kompetizzjoni tan-Nar tal-Art Mekkaniżat 2018 li ttellgħet nhar is-Sibt 14 ta' April fuq il-Fosos tal-Furjana.

Proset mill-qalb!

Qaddisin fil-Qalb tal-Festa Maltija - Attivita' mtellgħa mill-Grupp Armar Żabbar

Is-Soċjeta' tagħna ġiet mistiedna mill-Grupp tal-Armar ta' Ħaż-Żabbar sabiex nessebixxu l-istatwa artistika tas-Soċjeta' tagħna, l-istatwa devota lill-Marija Bambina fil-wirja li ser ittellaw mit-13 sat-22 ta' April ġewwa s-Sala Notre Dame f'Ħaż-Żabbar.

L-Għid it-Tajjeb lil Kulħadd

Il-Kumitat Ċentrali flimkien mall-Kummissjonijiet tas-Soċjeta' Mużikali Peace jixtiequ jawguraw l-Għid it-Tajjeb lilek u lill-familja kollha tiegħek. Infakkrukhom li l-banda Peace ser tkun qiegħda tagħti s-sehem tagħha matul il-purċissjoni ta' Kristu Rxoxt b'daqq ta' marċi brijjużi. Il-banda ser tibda ddoqq mill-pjazza fid-9:15am. L-Għid it-Tajjeb!

Redemptor Mundi - Attivitajiet imtellgħa mis-Soċjetà għall-Ġimgħa Mqaddsa 2018

Ninsabu biss ftit ġranet il-bogħod għaż-żminijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa, fejn għal ħafna persuni, dan iż-żmien iqisuħ bħala l-isbaħ żmien tas-sena'. Din is-sena s-Soċjeta' tagħna bħal kull sena oħra ser terġa tkun impenjata b'diversi attivitajiet fosthom, bi Programm ta' Marċi Funebri li sar nhar l-Erbgħa 21 ta' Marzu. Wara dan il-Programm, ġiet innawgurata l-wirja ta' Mudell ta' Knisja u diversi xogħlijiet artistiċi marbuta mal-Ġimgħa Mqaddsa fis-Sala tal-Mużew.

Nifirħu lis-Segretarju Ġenerali li għalaq ħames snin jokkupa din il-kariga

Bħal llum 24 ta' Marzu ta' propju ħames snin ilu, s-sur Matthew Pullicino ġie vvutat u appuntat mill-membri bħala Segretarju Ġenerali tas-Soċjeta' Mużikali Peace fl-eta' ta' 24 sena. Minnkejja li ta' eta' żgħira, ħadd ma kellu dubju li Matthew kien ser jaħdem b'determinazzjoni kbira u li kellu potenzjal sabiex iwassal is-Soċjeta' tagħna aktar il-quddiem. Dan huwa eżempju ċar lis-Soċjeta' Mużikali Peace minn dejjem kienet, għadha u ser tibqa' tappoġja lill-membri żgħażagħ u tafdahom bi proġetti u rwoli importanti sabiex ilkol flimkien nibqaw naħdmu biex nkomplu ngħollu l-isem tas-Soċjeta' u ta' Beltna n-Naxxar aktar il-fuq....

[246-250] minn 469 artikli
<
>
 
A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify