Gallery Album: Servizz tal-Banda: Il-Festa tal-Madonna tal-Karmnu fiż-Żurrieq

Nhar il-Ħadd 24 ta' Lulju, il-Banda Peace ġiet mistiedna għal sena oħra sabiex tagħti s-servizz tagħha ġewwa r-raħal taż-Żurrieq għal Festa tal-Madonna tal-Karmnu. Il-Banda Peace kienet waħda mit-tlett baned mistiednin għal din il-Festa fejn is-sehem tal-Banda tagħna bħal kull sena kien daqq ta' Marċi Brijjużi mat-toroq taż-Żurrieq qabel il-Purċissjoni. Tajjeb nsemmu li dakinhar stess ġie mniedhi Librett Ġdid ta' Marċi Brijjużi fejn ndaqqu għal l-ewwel darba f'din il-Festa. Il-Banda Peace umbat tagħti s-sehem tagħha fil-Ħruġ tal-Purċissjoni b'daqq tal-Ave Maria minn fuq palk armat quddiem il-knisja. Wara l-ħruġ tal-vara, l-Banda daqqet xi siltiet Mużikali minn fuq il-Planċier. Il-Banda għalqet dan is-servizz b'daqq tal-Ave Maria mad-dħul tal-Purċissjoni. Il-Banda Peace kienet taħt id-direzzjoni mużikali tal-Assistent Surmast tal-banda, Mro. Joseph Chircop.
Ritratti [ 32 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi għar ritratti