Aħbarijiet riċenti

[231-235] minn 469 artikli
<
>

The Malta Snooker Open Competition - 5-19 ta' Jannar 2019

Awguri mingħand is-Soċjeta' Mużikali Peace, Naxxar

F'Isem il-President u l-Kumitat Ċentrali tas-Soċjeta' Mużikali Peace, nixtieq nawguralkom Milied Hieni u Sena mimlija Ġid, Hena, Paċi u Saħħa.

Reġistrazzjoni tas-Soċji 2019 minn nhar il-Ħadd, 9 ta' Diċembru

Minn nhar il-Ħadd, 9 ta' Diċembru, membri tal-Kumitat Ċentrali ser ikunu qiegħdin f'OTTO Clubhouse sabiex tkunu tistaw tirreġistraw bħala Soċji għas sena 2019. Għalhekk inħeġġukom sabiex minn nhar il-Ħadd 9 ta' Diċembru l-quddiem taslu wasla sa' OTTO Clubhouse sabiex iġġeddu t-tessera tagħkom jew tissieħbu għal ewwel darba mal-ewwel banda Naxxarijja.

Clifford Galea f’taħriġ ġurnalistiku f’Moska fir-Russja

Clifford Galea minn kamra tal-aħbarijiet lokali, għadu kif għamel taħriġ ġurnalistiku fl-aġenzija tal-aħbarijiet internazzjonali SPUNTIK f’Moska fir-Russja. Dan huwa proġett b’kollaborazzjoni ma’ Aġenzija Żgħażagħ fejn ġurnalisti minn madwar id-dinja jiltaqgħu biex jitħarġu, jaqsmu l-esperjenzi u jiddiskutu tekniki differenti li bihom ġurnalist iwassal l-istorja kif tiġri lill-qarrejja permezz tas-siti soċjali u midja fil-pajjiżi rispettivi.

 

Proset lill-bandista Maris Micallef talli ġabet id-Diploma fil-Mużika

Is-Soċjeta' Mużikali Peace tifraħ lill-bandista Maris Micallef li ġħaddiet mill-eżami tal-dipLcm Clarinet Performance u ġabet id-diploma fil-mużika. Maris ilha ddoqq għal bosta żmien il-klarinett mal-banda tagħna u studjat u tgħalmet il-mużika mas-surmast tal-banda tagħna, Mro. Lino Pirotta. Maris ħadet sehem f'bosta Programmi Mużikali kif ukoll kellha ċ-ċans li ddoqq diversi 'Solos' mall-banda tagħna.

Maħtur membru ġdid fil-Kumitat Ċentrali

Nhar it-Tnejn 15 ta' Ottubru waqt seduta tal-Kumitat is-sur Wayne Formosa, b'vot unanimu mill-membri kollha tal-Kumitat Ċentrali, ġie maħtur membru bl-irwol ta koordinatur 'Events & Social Responisbility'.Wayne għandu 21 sena u ilu jiffrekwenta s-Soċjeta' minn eta' żgħira.

[231-235] minn 469 artikli
<
>
 
A Night At The Movies II - 22.11.2025 - BOOK TICKETS NOW
A Night At The Movies II - 22.11.2025

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify