Id-Disa' Sibt tal-Bambina - Żagħżugħa Jien

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar is-Sibt 31 ta' Awwisu huwa propju d-Disa' Sibt tal-Bambina, u ninsabu biss ftit jiem il-bogħod mill-Festa għażiża tagħna.  Nhar il-Ħadd 25 ta' Awwissu sar il-launch tad-diska u l-filmat mużikali tad-diska l-ġdida 'Żgħażugħa Jien 'ġewwa Otto Clubhouse. Ħajr lill-bravissima kantanta Nicole Frendo, lil Jonathan Bondin tal-lirika u mużika, lil Gabriel Cassar tal-filmati u muntaġġ u lil Elton Zarb tal-Produzzjoni. Grazzi wkoll liż-żgħażagħ u partitarji li nngħaqdu flimkien magħna sabiex tajna bidu għal dan il-proġett.... 💙💙💙 🕊️

Filmat Mużikali tad-Diska Żagħżugħa Jien

Lirika ta' Żagħżugħa Jien - Nicole Frendo

M'hemmx għalfejn ma naslux

Wara snin ta' tant ħidmiet

Biex wasalna sal-lum

Anke b'diffikultajiet
 

Imma qatt fl-imrar

Dawk li bnewha ma ċedew

Huma fin-Naxxar

Storja mużikali bdew
 

REF: Żagħżugħa jien

         F'moħħi friski l-ideali

         Żagħżugħa jien

         Din qalbi; immortali

         Dak 'l hemm illum jissaħħaħ jista'

         Qatt mitmum

         Jien Soċjetà żagħżugħa nibqa' nkun
 

Tfal, nies ta' kull età

F'dil-familja imseħbin

Ġew, il-messaġġ mexxew

Mal-konfini Naxxarin
 

 

Ħeġġa ġdida ġiet

Feġġet kontra kull kurrent

Ħalluha tiżdied

Dan t'issa l-isbaħ preżent
 

REF: Żagħżugħa jien

         F'moħħi friski l-ideali

         Żagħżugħa jien

         Din qalbi; immortali

         Dak 'l hemm illum jissaħħaħ jista'

         Qatt mitmum

         Jien Soċjetà żagħżugħa nibqa' nkun
 

BRIDGE: L-ewwel fin-Naxxar

                Jien L-ewwel fin-Naxxar

                Posti hu fil-qlub tal-kbar u ż-żgħar

 

REF: Żagħżugħa jien

         F'moħħi friski l-ideali

         Żagħżugħa jien

         Din qalbi; immortali

         Dak 'l hemm illum jissaħħaħ jista'

         Qatt mitmum

         Jien Soċjetà żagħżugħa nibqa' nkun

#żagħżugħaJien #uniċiFBeltna #familjaMagħquda#lEwwelBandaNaxxarijja

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 1 ta’ Settembru 2019


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify