Il-Knisja Arċipretali tan-Naxxar ġiet elevata għad-dinjità ta’ Kolleġġjata mill-Arċisqof ta' Malta

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Illejla tħabbar uffiċjalment li l-Knisja Arċimatriċi u Arċipretali tan-Naxxar ġiet elevata għad-dinjità ta’ Kolleġġjata mill-Arċisqof ta’ Malta Mons. Charles J. Scicluna.

Fir-ritratt jidhru l-President tas-Soċjetà Edward Azzopardi, il-Viċi President Clifford Galea Vella Maslennikov, u s-Sagristan Godwin Gauci, waqt laqgħa li saret nhar l-1 ta’ Lulju, ta’ din is-sena fil-Kurja Arċiveskovili fejn l-Eċċellenza Tiegħu aċċetta li jeleva l-Knisja tagħna għall-ġieħ ta’ KOLLEĠĠJATA.

Filwaqt li nirringrazzjaw tal-fiduċja u nifirħu lill-W.R. Dun David Gauci, l-ewwel Arċipriet tal-Kolleġġjata, flimkien mal-Kapitlu, fil-ħidma pastorali tagħhom, kburin li s-Soċjetà tagħna kienet, għadha u tibqa’ ta’ servizz lin-Naxxar u n-Naxxarin!

Viva Marija Bambina!

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 28 ta’ Awwissu 2019


Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    ĦadTneTliErbĦamĠimSib
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify