ROKNA MUŻIKALI - Nhar il-Ġimgħa 31 ta' Jannar

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Il-Ġimgħa, 31 ta’ Jannar 2020

Is-Soċjeta' Mużikali Peace dejjem emmnet u ftaħret bit-talent mużikali li l-mużiċisti ta' din il-banda iħadnu u għalhekk is-Soċjeta' ħasset il-ħtieġa li tagħti aktar spazju lill-aljievi u l-mużiċisti tal-Banda Peace sabiex jesponu t-talenti mużikali tagħhom. Għalhekk, is-Soċjeta' tixtieq tistieden lil kulħadd sabiex jattendi għall-ewwel ROKNA MUŻIKALI li ser issir nhar il-Ġimgħa 31 ta' Jannar 2020 fis-7:30pm ġewwa s-Sala Marija Bambina.

Żżommu ruħkom aġġornati ma' din il-paġna għal aktar tagħrif fuq din l-attivita'.

Il-mużiċisti tal-Banda Peace waqt il-Progamm Mużikali ta' Lejliet il-Festa 2019

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 14 ta’ Jannar 2020