Santi tal-Bizzilla fl-għeluq il-100 sena mill-Innu Popolari 'O Tfajla Mmakulata'

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Is-Soċjeta' Mużikali Peace fl-għeluq il-100 sena mill-Innu Popolari 'O Tfajla Mmakulata' għamlet sett ta' Santi mill-isbaħ u tal-għola kwalita' bix-xbieha għażiża ta' Marija Bambina. Dawn is-santi ser ikunu għal bejgħ mill-Każin tas-Soċjeta' Mużikali Peace tan-Naxxar minn nhar is-Sibt 6 ta' Lulju fejn ser inkunu qiegħdin niċċelebraw llkoll flimkien l-Ewwel Sibt tal-Bambina.

Is-santi l-kbar (21 x 11 cm) ser ikunu qiegħdin jinbiegħu għal prezz ta' €7.50 filwaqt li s-santi ż-żgħar (11 x 7 cm) ser ikunu qiegħdin jinbiegħu għal prezz ta' €3.50.

Nixtiequ nħeġġu lill dawk kollha li huma nteressati jakkwistaw dawn is-santi sabiex ma jħallux għal aħħar peress li l-kwantita' hija limitata.

Nixtieq infakkarkhom li dan l-innu kitbu l-mibki surmast Mro. Ferdinando Camilleri li kien surmast tal-Banda Peace (dak iż-żmien Banda La Pace) mis-sena 1917 - 1922, sabiex jindaqq speċifikament mill-Banda Peace għal Festa ta' Ommna Marija Bambina fin-Naxxar. 

 

L-Innu O'Tfajla Mmakulata

Recording: Dan l-Innu Popolari reġa ġie rrekordjat mill-Banda Peace fl-2012 fic-CD ta' Cantata. Il-kor li jinstema' f'dan ir-recording huwa 'The New Choral Singers'.

L-aħħar aġġornament sar nhar: L-Erbgħa, 3 ta' Lulju 2019


1 
Mark Abdilla - Mellieħa
04 Lulju 2019 07:06 AM
Proset ħafna ta din l-inizjattiva. Lill-poplu Malti u Għawdxi hemm bżonn li nfakkruħ fit-tradizzjonijiet Maltin għaliex sfortunatament m'għadx hawn għatx għal dawn it-tifkiriet. Viva Marija Bambina

Niċċelebraw l-10 sena Anniversarju tas-sit www.bandapeacenaxxar.com
Wirja ta' Arti bil-kollaborazjoni tal-Kunsill Lokali. 20 - 22 ta' Diċembru

Aħbarijiet Riċenti


Kalendarju tax-Xahar

  • Diċembru 2019
    TneTliErbĦamĠimSibĦad
    2526272829301
    2345678
    9101112131415
    16171819202122
    23242526272829
    303112345

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook