Data tal-Attivita: Il-Ħamis, 26 ta’ Lulju 2018
Il-Kumitat flimkien mall-Kummissjonijiet tas-Soċjeta', għal sena oħra ser jerġaw jorganizzaw ġita għall-Sqallija nhar il-Ħamis 26 ta' Lulju. Dan it-tour ser ikun igwidat mit-Tour Leader ta' Micallef Joe Travel. Il-pjan tal-ġurnata ser ikun mqassam hekk:
1. |
Vjaġġ bil-katamaran lejn Pozzallo u lura; |
2 |
Pullman privata magħna l-ġurnata kollha; |
3. |
Imorru Ognina (waqfa għal te/kafe opzzjonali); |
4. |
Eskursjoni lejn Taormina; |
5. |
Ikla buffet (drinks mhux inklużi); |
6. |
Xiri minn Porte Di Catania; |
7. |
Tour leader ta’ Micallef Joe Travel |
Prezz Adulti: €160 Tfal 2 – 11-il sena: €70
Il-Prezz jinkludi t-transport mill-pjazza tan-Naxxar sal-Virtu Ferries Terminal Valletta Waterfront u lura.
It-Taxxi huwa nklużi fil-prezz.
Il-Bookings huma miftuħin u jekk int interesat tista ġentilment tibbukja l-post tiegħek minn OTTO Clubhouse , mill-membri tal-Kumitat Ċentrali jew minngħand il-membri tas-soltu.
Bl-esperjenza tagħna f'din il-ġita, nħeġġukom sabiex tibbukjaw mill-aktar fis possibli sabiex tilħqu post magħna u ma jiddispjeċikomx.
Diska: Tarantella Siciliana
L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 18 ta’ Mejju 2018