Data tal-Attivita: Is-Sibt, 21 ta’ April 2018
Nhar is-Sibt, 21 ta' April fit-8:00pm, il-Kummissjoni Żgħażagħ ser jorganizzaw ikla b'risq il-Festa ta' Marija Bambina. Ninsabu biss 5 xhur il-bogħod mill-Festa għażiża tagħna u għaldaqstant inħeġġukhom tinngħaqda magħna għal ikla tiġieġ mimli.
L-ikla tikkonsisti f' Appetizers, Starter u Main Course (Tiġieġ mimli jew Majjal).
Il-bookings qiegħdin jittieħdu mill-operaturi ta' OTTO Clubhouse jew mill-membri tal-Kummissjoni Żgħażagħ.
Tħallux għall-aħħar!
Grazzi mill-qalb!
Filmat: Fl-isfond jinstema' l-marċ brijjuż bl-isem 'Magnus' miktub minn Mro. Andrew Coleiro
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 16 ta’ April 2018