Snooker Competition - 1st & 2nd Division League (Ċerimonja ta' Ftuħ)

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: L-Erbgħa, 1 ta’ Frar 2017

Il-Kummissjoni Żgħażagħ fi ħdan is-sezzjoni tal-isports tas-Soċjeta' Mużikali Peace għal darboħra ser torganizza kompetizzjoni tas-Snooker pero b'differenza mis-soltu ser ikun maqsum f'żewġ diviżjonijiet (1st u 2nd Division). F'din il-kompetizzjoni jistaw jieħdu sehem parteċipanti mill-ewwel u t-tieni divizjoni. Parteċipanti li jilgħabu fil-kampjonat 'Premier' ma jistawx jieħdu sehem.

Il-kompetizzjoni ser tibda nhar l-Erbgħa 1 ta' Frar ġewwa lis-Snooker Hall tal-każin. Kull min huwa nteressat huwa ġentilment mitlub sabiex jissottometti l-applikazzjoni tiegħu sa nhar is-Sibt 28 ta' Jannar.

Il-parteċipanti li jaslu fil-vażi finali ta' din il-kompetizzjoni (L-ewwel, it-tieni u t-tielet post), ser jingħataw trophy.

Il-Kummissjoni Żgħażagħ tixtieq tirringrazja lill-isponsors kollha fosthom lill-operaturi tal-OTTO Clubhouse li ser ikunu qiegħdin jisponsorjaw it-trophies.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 22 ta’ Jannar 2017