Il-Banda Peace takkumpanja lis-Saċerdot Novell Dun James Saydon - 3 ta' Settembru

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 3 ta’ Settembru 2016

Nhar is-Sibt, 3 ta' Settembru fil-5:15pm, il-Banda Peace ser takkumpanja lis-Saċerdot Novell Dun James Saydon u lill-familja tiegħu tul Vjal 21 ta' Settembru, Toroq San Ġwann u Santa Luċija, Misraħ ir-Rebħa, sal-Knisja Arċipretarja tan-Naxxar, fejn issir ċelebrazzjoni solenni fl-okkażjoni tal-ordinazzjoni tiegħu. 

F'isem il-Kumitat Ċentrali nixtieq nawgura lis-Saċerdot Novell Dun James Saydon kull suċċess tul il-ħajja saċerdotali tiegħu.

Ritratt: Ir-ritratt ġie meħud minn fuq is-sit uffiċjali tas-Seminarju ta' Malta.

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħamis, 25 ta’ Awwissu 2016