Merħba lill-Arċipriet il-ġdid tan-Naxxar

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar il-Hamis 16 t'Ottubru, l-Arcisqof Pawlu Cremona O.P. hatar ufficjalment lill-Dun David Gauci bhala l-Arcipriet il-gdid tal-Knisja Arcipretarja Marija Bambina tan-Naxxar. 

Dun David Gauci kien ilu erbatax -il sena shah ta hidma kontinwa gewwa r-rahal zghir u sabih ta Hal Lija. Barra minn hekk Dun David Gauci ser jibqa mfakkar f'Hal Lija ghar-restawr kbir li sar fil-pittura tal-koppla u s-saqaf tal-Knisja Parrokjali tas-Salvatur. 

Dun David Gauci twieled fit-2 ta' Marzu 1965, u huwa rcieva l-edukazzjoni primarja u sekondarja fl-iskola St Monica fis-Seminarju Minuri, Tal-Virtu', u l-edukazzjoni post sekondarja fil-Kullegg Stella Maris tal-Gzira. Dun David kompla l-istudji terzjarzji fil-Filosofija u Teologija fil-fakulta' tat-Teaologija fl-Universita ta' Malta.

Dun David gie ordnat bhala sacerdot propju fit-8 ta' Lulju fis-sena 1994, huwa kien beda jahdem fil-hidma pastorali tieghu bhala vici kappillan fil-parrocca tal-Mosta fejn hemmhekk kien serva ghal erba' snin shah. Wara kien ukoll mar jaghti d-dmir tieghu fil-parrocca ta' Hat Attard u fis-sena 2000 kien gie mahtur Kappillan tal-Parrocca ta' Hal Lija. Tajjeb nghidu wkoll li Dun David huwa wkoll kappillan magistrali tal-Ordni tal-Kavallieri ta' Malta.

F'isem is-Socjeta' Muzikali Peace nixtiequ minn qalbna nawguraw lill-Dun David fil-hidma spiritwali tieghu fir-rahal u knisja ferm ghall qalbna ghalina n-Naxxarin li tigbor fiha madwar 15, 500 persuna f'4,300 familja.

Awguri Dun David Gauci!

 

Hajr lill-www.thechurchinmalta.org tal-informazzjoni

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ħadd, 19 ta’ Ottubru 2014