Cantata' fl-okkażjoni tal-150 sena anniversarju tal-Banda

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Data tal-Attivita: Is-Sibt, 24 ta’ Marzu 2012

Is-Socjeta' Muzikali Peace ser itella 'Cantata' unika u mill-isbah fit-Teatru Manoel nhar is-Sibt 24 ta' Marzu 2012. Il-'Cantata' ggib l-isem 'L-Ghanja tal-Paci' b' lirika ta' Fr. Richard Borg u kompozizzjoni ta' Karl Fiorini. Ser jiderigi l-banda Peace, Mro. Lino Pirotta. 

Il-Kantata hija miktuba ghall-Soprano, Tenur, Kor u Banda Filarmonika, huwa xoghol ta' madwar 50 minuta, ibbazat fuq l-istorja tan-Naxxar vis-a-vis it-tieni gwerra dinjija u kif intlaqtet Malta minn dawn l-avvenimenti storici. Ix-xoghol huwa mqassam fi-8 movimenti, b'intermezz bejn kull zewg movimenti u preludju li jhabbar certu temi li b'kollox jaghmlu sekwenza ta' tnax-il bicca. Ghalkemm kull moviment ghandu identita individwali tieghu, armonikament kif ukoll melodikament hemm rabta, b'certu temi rikkorrenti li jixxandru mill-kor.

Ser jipprezenta' din il-Cantata' l-prezentatur Naxxari, Clifford Galea.

Il-Biljetti jibdew minn  €5 sa €10 biss u qeghdin mqassmin hekk: Platea (Ground Floor) - €10, Boxes (mill-ewwel sular sat-tielet sular) - €10, Gallery (ir-raba' sular) - €5

Sabiex tixtri l-biljetti :

  1. Online Booking -   http://www.teatrumanoel.com.mt/default.asp?m=shows&id=156  jew
  2. Mit-Teatru Manoel li jinsab il-Belt Valletta  jew
  3. Ordna l-booking/s tieghek mill-membri tal-Kumitat Centrali

Jekk issibu xi diffikulta jew tixtiequ ssaqsu xi mistoqsijiet ibghatu email fuq info@bandapeacenaxxar.com.

Facebook Page Event : https://www.facebook.com/events/271091009632663/

Aktar informazzjoni tigi mtellgha aktar tard fuq dan is-sit , kif ukoll fuq is-sit ufficjali tat-Teatru Manuel 

Disinn tal-Poster: Kevin Agius (Webmaster)

L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tlieta, 20 ta’ Marzu 2012


Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify