Data tal-Attivita: Is-Sibt, 2 ta’ Settembru 2023
Nhar is-Sibt, 2 ta' Settembru fil-5:00pm ser tiġi organizzata Bambina Fest li hija okkażżjoni u opportunita' għat tfal kollha sabiex jagħtu s-sehem tagħhom f'dimonstrazzjoni bl-istatwa ċkejkna ta' Marija Bambina maħduma mill-artist Manuel Farrugia.
Fil-5:00pm niltaqaw ġewwa Triq l-Ifran (minn ħdejn il-Pizza Planet) u nitilgħu bid-demonstrazzjoni sal-pjazza bis-sehem tal-Banda Peace.
Wara ser jingħata flokk tal-Festa lill kull tifel u tifla li jattendu u jsir party għat-tfal ġewwa s-Sala Marija Bambina.
Bookings u nformazzjoni minn OTTO Clubhouse jew ċemplu fuq: 7718 6208.
Siltiet minn Bambina Fest mit-Tfal għat-Tfal - Festa 2022
L-aħħar aġġornament sar nhar: It-Tnejn, 7 ta’ Awwissu 2023