Inawgurazzjoni ta' Proġetti mportanti - 19 ta' Frar

Soċjeta Mużikali Peace A.D. 1862 - Naxxar

Nhar il-Ġimgħa, 19 ta’ Frar, 2021 fil-Każin tas-Soċjetà Mużikali Peace tan-Naxxar, saret l-inawgurazzjoni ta’ erba’ proġetti importanti, li ġew ko-finanzjati mill-gvern jew entitajiet oħra.

Dawn huma:

 L-installazzjoni ta’ lift (mill-VOPS Fund – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja)

 L-installazzjoni ta’ pannelli fotovoltajċi (mill-Ministeru għall-Enerġija u l-Immaniġġjar tal-Ilma)  Rinnovazzjoni tas-Sala tal-Banda (mill-Kunsill Malti għall-Arti – Ministeru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u Gvern Lokali)

 Proġett ta’ Saħħa u Sigurtà fil-Każin (mill-Aġenzija Żgħażagħ – Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji fi ħdan il-Ministeru għall-Inklużjoni u l-Kwalità tal-Ħajja).

Għal din l-attività attendew il-Ministri u Segretarji Parlamentari responsabbli, kif ukoll deputati tad-Distrett miż-żewġ naħat tal-Kamra tar-Rappreżentanti.

Filmat: Live Streaming tas-serata

 

Filmati oħa - One News

 

Filmati oħa - Ħajr lill-Hon. Clifton Grima

L-aħħar aġġornament sar nhar: Il-Ġimgħa, 26 ta’ Frar 2021