Gallery Album: Riċeviment Annwali fil-Pjazza - 1 ta' Settembru

Nhar it-Tnejn, 1 ta’ Settembru, is-Soċjetà Mużikali Peace organizzat ir-Riċeviment Annwali tal-Festa għall-membri, lill-bandisti u lill-mistiedna. Waqt din l-attività ngħataw donazzjonijiet lis-Soċjetà kif ukoll ġiet inawgurata bandiera ġdida.

Matul il-jiem tal-festa, il-Kummissjoni Żgħażagħ rregalat bandiera ġdida fl-okkażjoni tat-tletin sena mit-twaqqif tal-istess kummissjoni. Din il-bandiera, b’sfond abjad u bordura blu, tinkorpora fiha l-istemma tal-Kolleġġjata tagħna li, b’digriet tat-28 ta’ Awwissu 2018, ingħatat dan it-titlu prestiġjuż. F’kull kantuniera nsibu l-istemmi tal-parroċċi li ħarġu mill-parroċċa tan-Naxxar: dik tal-Mosta fl-1608, Ħal Għargħur fl-1610, il-Mellieħa fl-1844 u San Pawl il-Baħar fl-1905.

Dan ix-xogħol tħalla f’idejn Redrian Micallef, li ħa ħsieb id-disinn, il-pittura u l-ħjata tal-istess bandiera.

Nirringrazzjaw lill-Kummissjoni Żgħażagħ ta’ dan ir-rigal, li jżid mal-ġmiel tal-pjazza tagħna, li tkompli tissebbaħ bil-bnadar li s-Soċjetà tagħna tippossjedi u li jittellgħu fuq l-arbli ta’ Palazzo Vittoria.

Ritratti [ 229 ]

Ħajr lit-tim ta' Sebio Aquilina tar-ritratti

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify