Gallery Album: Quddiesa Solenni fl-Okkazzjoni tal-75 Sena mill-Konsagrazzjoni tas-Soċjetà - 15 ta' Lulju

Ritratti mill-Quddiesa Solenni f'Għeluq il-75 Anniversarju mill-Konsagrazzjoni tas-Soċjetà Peace

Nhar l-Erbgħa, 15 ta' Lulju 2026, fil-Pjazza tan-Naxxar, is-Soċjetà Peace ingħaqdet mal-pubbliku f'Quddiesa Solenni Konċelebrata li fakkret il-75 anniversarju mill-Konsagrazzjoni tas-Soċjetà lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù u lill-Qalb Immakulata ta' Marija.

Il-Quddiesa kienet ippreseduta minn Mons. Sandro Overend Rigillo, flimkien mal-Arċipriet Kan. Dun David Gauci u membri tal-Kleru. Matul iċ-ċelebrazzjoni, il-Banda Peace, taħt id-direzzjoni tas-Surmast Direttur Lino Pirotta, tat is-sehem mużikali tagħha u kompliet issebbaħ din l-okkażjoni reliġjuża u storika.

Din il-kommemorazzjoni fakkret avveniment importanti fil-ħajja tas-Soċjetà, li fl-1951 ikkonsagrat ruħha lill-Qalb Imqaddsa ta' Ġesù u lill-Qalb Immakulata ta' Marija, u li 75 sena wara kompliet iġġedded dan l-impenn ta' fidi u devozzjoni.

1951 – 2026 | 75 Sena ta' Konsagrazzjoni

Ritratti [ 446 ]

Ħajr lill-Josmar Muscat tar-ritratti

Aħbarijiet Riċenti

Tagħlim tal-Mużika mall-Banda Peace

Għafas fuq il-buttuna t'hawn taħt sabiex tirreġistra għal tagħlim tal-mużika professjonali minngħajr ħlas.

Wara li tirreġistra, s-Soċjeta' Mużikali Peace ser tikkuntatjak fuq id-dettalji li tkun għadek kemm irreġistrajt bihom.

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify