Gallery Album: FESTA: Il-Marċ Popolari tat-Tieni jum tat-Tridu - 5 ta' Settembru

Dawn huma r-ritratti u l-filmati li ġew meħudin waqt il-Marċ Popolari li jsir fin-Naxxar fit-Tieni jum tat-Tridu, 5 ta' Settembru. Il-Marċ bħal kull sena għadda mit-toroq Markiż Scicluna, Castro, Misraħ ir-Rebħa, Castro, Nutar Debono, Bużjett, San Pawl, l-Paroċċa, Oratorju, San Ġorġ, l-Kbira u spiċċa fil-Pjazza b'diversi SORPRIŻI fost il-brijju u l-entużjażmu taż-Żgħażagħ u l-Partitarji. Din is-sena l-istatwa artistika tas-Soċjeta' sarilha xogħol tas-sgraffir u indurazzjoni bid-deheb u ttellgħat mall-Banda minn fejn id-dar tal-Arċipriet sal-Pjazza fejn hemmhekk ntlaqet b'ċapċip u ferħ mill-partitarji. Hekk kif jixdu r-ritratti u l-filmati, l-partitarji bdew jinngħaqdu flimkien ferm minn qabel il-pjazza, fejn umbat inngħaqdu kollha flimkien għal ħruġ tal-istatwa. L-istatwa umbat ġiet akkumpanjata mill-Banda Peace fost il-brijju u ferħ tal-partitarji tagħna. Waqt dan il-Marċ Popolari ntwera' Feature fuq Big Screen fejn tistaw tarawħ hawn taħt kif ukoll ittella' għat-tieni darba konsekuttiva Spettaklu tal-logħob tan-nar, karti, effetti tad-dwal sinkronizat mal-mużika. Wara dan il-Marċ Popolari li għal darba oħra kien suċċess u ntgħoġob minn ħafna nies li kienu preżenti, ttella' spettaklu tal-logħob tan-nar tal-art mid-dilettanti tal-Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar.

 

Filmat 1: Ħruġ tal-istatwa artistika tas-Soċjeta'.

Fl-isfond jinstema' l-Innu Marċ li ġie mniedi mill-Banda Peace din is-sena għad unur Marija Bambina miktub minn Mro.Ray Sciberras. Tajjeb li nsemmu li dan huwa l-unika u l-ewwel innu marċ ddedikat lill-Marija Bambina fir-raħal tagħna. Lirika tan-Naxxari WR. Arċ. Richard Borg.

 

Filmat 2: Feature tal-Festa 2017

Dan il-Feature ġie muri fuq Big Screen waqt il-Marċ Popolari.

 

Filmat 3: Spettaklu ta' Nar, Karti u Effetti tad-dwal sinkronizat mal-mużika.

 

Filmat 4: Miġbud mill-ajru - Spettaklu ta' Nar, Karti u Effetti tad-dwal sinkronizat mal-mużika.


Ħajr lill-Edward Azzopardi u lill-Pierre Balzia tar-ritratti.

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify