Gallery Album: Festa Marija Addolorata mit-Tfal għat-Tfal - 11 ta' April

Nhar it-Tnejn 11 ta' April, is-Soċjeta' Mużikali Peace ċċelebrat il-Festa ta' Marija Addolorata. Ċelebrazzjoni dedikata għat-Tfal u l-Adolexxenti sabiex jittrawmu fit-tradizzjonijiet sbieħ tal-Ġimgħa Mqaddsa. Il-purċissjoni ħarġet fis-06:00pm mill-Kappella ta' San Ġwann il-Battista bl-istatwa ta' Marija Addolorata mit-Tfal u Addoloxxenti bis-sehem tal-Banda Peace. Il-Purċissjoni għaddiet minn Santa Luċija u spiċċat fil-pjazza. L-istatwa umbat ddaħlet ġewwa Palazzo Vittoria mad-daqq tal-marċi funebri.

Nixtiequ nirringrazjaw lill-ġenituri kollha li għoġobom iġibu lit-tfal tagħhom sabiex jieħdu sehem f'din il-purċissjoni tat-tfal ġewwa n-Naxxar fejn għal sena oħra kienet suċċess. Din kienet it-tieni purċissjoni tat-tfal li saret fin-Naxxar, wara li l-ewwel waħda saret fis-sena 2019 qabel il-pandemijja. 

Ritratti [ 249 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti