Gallery Album: Bandiera Blu - Xandira LIVE - 5 ta' Settembru

It-Tieni Programm

Waqt it-tieni programm, Bandiera Blu ftaħna dan il-programm b'intervista ma Sra Miriam Vella (mart il-President ta' Malta). Is-Soċjeta' tagħna dejjem provat tkun minn tal-ewwel li tagħti l-appoġġ lill-ħaddieħor. Nixtiequ nħeġġukom sabiex tkunu ġenerużi f'dawn iż-żminijiet diffiċli, u tagħtu d-donazzjonijiet għal Malta Community Chest Fund Foundation waqt dawn ix-xandiriet LIVE fuq facebook. Wara l-intervista ma' Sra. Miriam Vella, l-President tas-Soċjeta' ta l-ewwel donazzjoni tiegħu f'isem is-Soċjeta'. Il-President irregala wkoll inkwadru tax-xbieha tal-istatwa titulari lill-mart il-President ta' Malta. 

Intervistajna lill: 

  1. Kunsiller tan-Naxxar (Minority Leader tal-Kunsill Lokali tan-Naxxar), is-sur Marlon Brincat li kien parti mill-ewwel Kummissjoni Żgħażagħ ta' din is-Soċjeta';
  2. Is-sur Anthony Deguara u s-sur Wayne Formosa f'isem il-Kummissjoni Żgħażagħ;
  3. Is-sur Christian Zammit - ex membru u chair person tal-Kummissjoni Żgħażagħ;
  4. Is-sur Jake Cauchi, chair person tas-Sezzjoni Tfal u Addoloxenti;
  5. Is-Segretarju, s-sur Matthew Pullicino

 

Waqt dan il-programm instemaw bosta kanzunetti u marċi brijjużi tas-Soċjeta' Mużikali tagħna, kif ukoll kelna sezzjoni mmexxijja mis-sur Wayne Formosa fejn qara l-messaġġi ta' Facebook. Infakkrukom li jekk tagħmlu LIKE u COMMENT waqt ix-xandira diretta tidħlu biċ-ċans li tirbħu momentos u xi rigali oħra mogħtija mill-isponsors tal-programm.

Ritratti [ 25 ]

Ħajr lis-Soċjeta' Mużikali Peace tax-xandira diretta u lill-Edward Azzopardi tar-ritratti

Aħbarijiet Riċenti

Kalendarju tax-Xahar

  • April 2024
    SunMonTueWedThuFriSat
    31123456
    78910111213
    14151617181920
    21222324252627
    2829301234
    567891011

Mill-Arkivji

Ħajr lil

Segwijna fuq Facebook

Segwijna fuq Spotify