Gallery Album: Il-Finali tal-Attrans Snooker Open Final 2019 - 19 ta' Jannar

Din is-sena l-kampjonati tal-isnooker fis-Soċjeta' tagħna bdew bil-kbir fejn ospitajna żewġ kompetizzjonijiet Nazzjonali fl-Snooker Hall tal-każin. Is-Soċjeta' Mużikali Peace b'kollaborazjoni mall-Malta Billiard and Snooker Association ospitat il-logħob kollhu tal-'European Under 17 Snooker Open' bejn il-5 u 12 ta' Jannar fl-Snooker Hall tal-każin, kif ukoll ospitat il-logħob kollhu tal-Attrans Snooker Open sas-19 ta' Jannar.

Is-Soċjeta' Mużikali Peace tifraħ lir-rebbieħ Alex Borġ (Mt) li rebaħ il-Finali 'Attrans Snooker Open' kontra Duncan Bezzina (Mt). Ir-referee ta' din il-finali kien is-sur Ivan Brincat​. Għall din il-finali attenda l-ex plejer internazzjonali tal-isnooker, is-sur Tony Drago​.

Ritratti [ 61 ]

Ħajr lill-Edward Azzopardi tar-ritratti