Gallery Album: FESTA: Il-Marċ Popolari. It-Tieni Jum tat-Tridu - 5 ta' Settembru

Dawn ir-ritratti u filmati jixdhu l-ispettaklu kbir li ttella' fil-pjazza nhar l-Erbgħa 5 ta' Settembru fit-Tieni Jum tat-Tridu mis-Soċjeta' Mużikali Peace, Naxxar flimkien mall-Għaqda tan-Nar Marija Bambina, Naxxar. Waqt dan il-marċ sar it-tlugħ tal-istatwa fil-gallarija tal-każin, din is-sena mad-disinn tal-armar il-ġdid tal-faċċata kollosali. Il-Kummissjoni Żgħażagħ u s-sur Edward Azzopardi ġew premjati mill-Malta Records għal aktar faċċata li fiha biċċiet ta' injam (788 biċċa injam), Xow kbir sinkroniżat ta' karti, nar, dwal, laser u effetti viżivi. Intwera Feature fuq 'Big Screen' fost spettaklu kbir u l-brijju tal-partitarji. Fl-aħħar u mhux lanqas 30 minuta ta' mużika mill-isbaħ mid-deejay popolari Ryan Spiteri fil-pjazza Naxxarija. #weDEFINEquality

 

Filmat 1: Waqt il-Marċ Popolari tan-Naxxar - 5 ta' Settembru 2018

Filmat 2: Feature tal-Festa 2018 - Soċjeta' Mużikali Peace Naxxar

Ritratti [ 275 ]

Ħajr lill-Pierre Balzia tar-ritratti